Home > Spiritwalità > Ġurnata Qaddisa u Serena.

Ġurnata Qaddisa u Serena.


KIF TISTA’ TAGĦMEL KULL ĠURNATA QADDISA U SERENA

Hekk kif il-ġranet ta’ vaganzi jispiċċaw u jibdew il-ġranet ta’ l-iskola, il-ħajja tibda ssir aktar kaotika. Tant ikollna x’nagħmlu li xi kultant l-anqas nindunaw xi jkun qed jgħaddi minngħalina. Nispiċċaw bla nifs u għajjenin.

Kemm-il darba kull filgħodu kif noħorġu għax-xogħol inħossuna qisna sejrin għal gwerra bit-traffiku li nsibu ma’ wiċċna, lesti biex naħtfu lil kull min jiġi quddiemna. Inkunu mimlijin stress qabel ma tibda’ l-ġurnata tax-xogħol jew ta’ l-iskola. U xi ngħidu għal kumplament tal-ġurnata? Meta nħossuna li qisna ‘taxi-drivers’, koki lesti bil-platt sħun f’mumenti differenti tal-ġurnata, min dieħel u min ħiereġ, ħwejjeġ biex jinħasslu u ninkwetaw fuqhom meta se jinxfu l-iktar meta tagħmel xi ġurnata xita, ix-xiri li jrid isir, il-‘home-works’ u mitt ħaġ’oħra Kif nistgħu nieqfu naqra u nikkwietaw f’mumenti tal-ġurnata fil-ħajja tagħna?

Hawnhekk hawn ftit modi kif tista’ tnaqqas il-ġenn u tipprova ddaħħal mumenti ta’ serenità fil-ħajja tal-familja tiegħek:

Tfittixx li tagħmel affarijiet li taf li ma tistax tlaħħaqhom. Per eżempju itlob filgħodu kmieni hekk kif tqum, kun sempliċi fit-talb tiegħek bħal meta tkun qed tkellem ħabib, itlob biex iżżomm kalm u paċenzjuż, itlob għall-għerf, dak l-għerf li Alla biss jista’ jagħtijulek u fuq kollox itlob biex qalbek tkun dejjem miftuħa u mimlija mħabba lejn kulħadd speċjalment lejn dawk li sa tiltaqa’ magħhom matul il-ġurnata.

Ssajjarx tisjir elaborat meta għandek xi ħassla ħwejjeġ kbira jew meta taf li fl-ufffiċċju kellek ħafna x’tagħmel iktar mis-soltu. Għamel lista ħafifa x’tista’ ssajjar matul il-ġimgħa biex int ma tippanikjax jekk jinqala xi ħaġa li ma kontx qed tistenniha. Erfa’ t-tisjir elaborat għal ġranet speċjali jew fil-mumenti li jkunu komdi għalik u għal familja tiegħek.

Għallem lil uliedek jitfu l-mobiles u l-ipods, waqt li tkun qed twassalhom x’imkien biex f’dak il-mument japprezzaw ftit silenzju jew jkun hemm ċans fejn wieħed jaqsam xi kelma flimkien sakemm tasslu. Il-ħajja tista’ tkun mimlija iżda tħalluhiex tifgakom.

Rutina

Ir-rutina tista’ tidher monotona, iżda din tista’ tkun l-aqwa ħabiba tagħkom fid-dar. Sabiħ li xi kultant tkun spontanju u ma tkunx riġidu, iżda r-rutina hemm bżonnha. It-tfal iħobbuha r-rutina, hija tgħinhom li hemm waqtiet fil-ħajja li jridu jiġu rrispettati, ħin ta’ l-ikel, ħin tal-‘homework’, ħin għal quddiesa, ħin għat-talb, ħin għal xogħol fid-dar, ħin għal katekeżi, ħin biex niddevertu flimkien. Nitgħallmu nagħżlu l-prioritajiet għal ħajjitna u hekk tkun iktar faċli għalina biex nieħdu deċiżżjonijiet li jistgħu jinqalgħu matul il-ġurnata. Il-familja tiegħek tirringrazzjak żgur għar-rutina.

Skiet

Dan mhiex faċli fil-familja tiegħi u naħseb f’ħafna familji hija diffiċli biex jinstab is-skiet. Aħna nħobbu nitkellmu ħafna u ġieli jiġri li kulħadd ikun irid jgħid tiegħu. Mhux ħaġa ħażina din, huwa tajjeb li jkun hemm mumenti fejn wieħed jista’ jaqsam dak li jkun għadda mingħalih matul il-ġurnata, huwa tajjeb ferm li wieħed jesprimi dak li jkun qiegħed iħoss u li nisimgħu lil dak li jkun, iżda hemm mumenti oħra fejn ikun tajjeb li jirrenja s-silenzju. Xi kultant, anzi ħafna drabi aħna nibżgħu mis-silenzju. Qisna rridu bil-fors nimlewh bil-kliem. Jekk ma nitkellmux qisna m’aħniex f’postna. Dan m’għandux ikun. Għandna napprezzaw il-mumenti ta’ silenzju. Għamluha logħba mat-tfal bħal pereżempju, min jaf joqgħod ħalqu magħluq l-iktar, u min hu kuraġġuż biżżejjed li jitfi TV jew kompjuter u jinġabar fih innifsu u japprezza l-kwiet ta’ madwaru. Għallmu lit-tfal li dawn huma mumenti prezzjużi fejn fis-skiet jistgħu jgħarfu dawk il-mirakli żgħar li jsiru fil-familja tagħhom kuljum u li bl-istorbju ta’ madwarhom jistgħu jintesew.

Anna Maria Fenech

Categories: Spiritwalità
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: