Home > Ġenerali > Bdiet it-tellieqa għall-Milied!

Bdiet it-tellieqa għall-Milied!


AGĦŻEL IL-FIDI TIEGĦEK L-EWWEL

L-Avvent huwa iktar minn tellieqa għall-Milied

L-Avvent huwa l-bidu tas-sena liturġika tal-Knisja, u huwa iż-żmien speċifiku fejn aħna niġu msejjħa biex nippreparaw lilna nfusna għall-miġja ta’ Kristu, Emmanuel, Alla magħna. Fil-qari tal-Quddiesa, nisimgħu lil Ġwanni l-għammiedi jsejħilna ‘Ħejju t-triq tal-Mulej!’ Iżda meta naħsbu ftit kemm ikollna x’nagħmlu f’dan iż-żmien tal-Avvent u fiż-żmien ta’ Diċembru, li nippreparaw ruħna spiritwalment jidher li jintilef xi daqxejn. L-iktar f’din is-sena li l-ewwel Ħadd tal-Avvent se jiġi fl-aħħar Ħadd ta’ Novembru fejn il-ġirja tax-xiri jkun diġà beda mhux ħażin.

Ejjew nippruvaw insibu ftit ħin tal-kwiet din il-Ħarifa u naħsbu ftit fuq il-prioritajiet spiritwali tagħna. Forsi mingħajr ma nafu inkunu mejtin għal ftit mumenti ta’ skiet u ġabra jew nixtiequ li dan l-Avvent u l-Milied ma jkunux daqshekk ikkummerċjalizzati. Forsi tixtieq tgħażel iktar mumenti qaddisa fil-parroċċa tiegħek u tattendihom aktar b’devozzjoni. Aħseb ftit int x’tista’ tgħamel flimkien mal-familja tiegħek dan l-Avvent, għamlu lista ta’ kif tixtiequ tippreparaw ruħkom għal dan iż-żmien hekk qaddis u attwawha.

Araw x’hemm bżonn fil-parroċċa tagħkom, tkellmu mal-Kappillan u għidulu l-ħsieb tagħkom. Fittxu xi istituzzjoni u araw x’għandha bżonn. Araw ukoll fit-triq tagħkom hemmx xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna. Imqar tmorru tixtrulu jew teħdulu xi naqra brodu sħuna, jew titkellmu miegħu. Araw fil-familja tagħkom, min għandu bżonn ta’ kelma ta’ faraġ jew inkoraġiment. Kunu lesti li tisimgħu. Kunu preżenti. F’dan iż-żmien itolbu aktar kemm waħedkom kif ukoll flimkien. Huwa mument ta’ stennija, huwa mument prezzjuż biex nirranġaw id-differenzi ta’ bejnietna, biex naħfru, biex nirringrazzjaw u nkunu grati lejn Alla u lejn ħadd ieħor. Tagħmlux kollox f’daqqa imma għażlu x’tixtiequ tgħamlu imqar waħda jew tnejn minn dawn l-affarijiet imma agħmluhom sewwa.

Xi kultant jgħamuna bil-ħsieb li kollox irid isir qabel il-25 ta’ Diċembru. Bħala kattoliċi, aħna għandna iktar minn ġurnata waħda biex niċċelebraw il-Milied – għandna l-mument liturġiku kollu fejn nistgħu niċċelebraw! X’jimporta jekk tasal kartolina tard, jew nagħmlu xi tisjira speċjali f’xi ġurnata oħra, jew nagħmlu xi ftit gallettini lil xi anzjani f’xi mument ieħor. Ejjew ma nillimitawx ruħna għall-mument sfrenat tal-Milied biss. Din is-sena ieqaf u ggosta dawn il-mumenti speċjali u strieħ ukoll. Il-Mulej irid jitwieled f’qalbek u fil-familja tiegħek!

Parir żgħir

Ħafna minna daqt nibdew nżejnu d-djar tagħna. Din is-sena agħmlu l-girlanda (kuruna) tal-Milied l-ewwel priorita, fuq il-mejda ta’ l-ikel tagħkom, fejn tiltaqgħa l-familja kollha biex tiekol. Tkellmu fuqha u waqt l-ikel ixegħluha skond iż-żmien, din tgħinna nirriflettu iktar fuq il-miġja ta’ Kristu. Tgħinna nieqfu u naħsbu fuq minhu veru d-dawl tad-dinja. Dan l-att sempliċi jgħin lit-tfal jifhmu xi jsir fil-quddiesa u naħsbu fuq is-sejħa li Kristu qiegħed jagħmlilna tul ħajjitna.

Maqluba għall-Malti minn

Anna Maria Fenech

Categories: Ġenerali
  1. No comments yet.
  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: