Home > Ġenerali > Il-Halloween’ festa pagana.

Il-Halloween’ festa pagana.


Donnu qed jerga’  joqrob Halloween.  Anke mill-istess  reklami li tara fuq it-televizjoni tibda tintebaħ. Naraw u  nisemgħu avviżi publiċitarji li jħajjru lill-ġenituri  biex jixtru lill-uliedhom, anke dawk l-aktar ċkejnin,  kostumi mhux biss ta’ sħaħar iżda wkoll ta’  skeletri. F’età tenera meta ż-żgħar tagħna suppost huma ċelebrazzjoni ta’ ħajja  u ta’ tama, aħna nibdluhom f’celebrazzjoni ta’ mewt, ta’ spiritiżmu u ta’ okkult.

Aqra l-istqarrija li  l-Kummissjoni Djoċesana Okkult u Sataniżmu kienet ħarget dwar dan. 

                    Wara iktbilna x’taħseb  int. … 

UFFIĊĊJU STAMPA  – Il-Kurja ta’ l-Arċisqof, Floriana.  REF: 129/2005

STQARRIJA TAL-KUMMISSJONI DJOĊESANA OKKULT U SATANIŻMU DWAR IL-FESTA TAL-HALLOWEEN

Il-Kummissjoni Djoċesana Okkult u Sataniżmu ntalbet tagħti l-parir tagħha minn diversi ġenituri u Youth Centres dwar jekk iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Halloween hijiex kompatibbli jew le ma’ min jixtieq jieħu bis-serjetà l-impenn tas-sejħa nisranija tiegħu.

Filwaqt li l-Kummissjoni tagħraf li spiss hemm persuni żgħar u kbar li jiċċelebraw b’mod newtrali din il-festa biss biex ikollhom okkażjoni li jorganizzaw ċelebrazzjoni jew party b’differenza, din l-istess Kummissjoni tinnota li:

– Il-festa hekk imsejħa ta’ ‘Halloween’ hija ta’ oriġini pagana u ssib l-għeruq tagħha fi twemmin mhux imdawwal mill-misteru ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla magħmul bniedem, li bil-mewt u l-qawmien tiegħu fdiena u joffrilna ħajja ġdida, issa u anke wara li ngħaddu mill-passaġġ tal-mewt. Anke jekk hemm min iżomm li din hija biss ċelebrazzjoni antika tal-bidu tax-xitwa, ma’ din il-festa ntrabtu diversi tradizzjonijiet superstizzjużi u tradizzjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu aktar mad-dinja tal-ispiritiżmu u l-okkult fis-sens l-aktar wiesgħa tiegħu. Tradizzjonijiet li fil-fatt ma jaqblux ma’ dak li n-nisrani jemmen fid-dawl ta’ Ġesù Kristu.

– Għal din ir-raġuni, għal min jixtieq jieħu bis-serjetà s-sejħa nisranija tiegħu, il-Kummissjoni jidhrilha li jkun aħjar li din il-festa ma tiġix iċċelebrata. Anke jekk dan isir b’mod superfiċjali u mingħajr l-ebda intenzjoni ħażina, xorta waħda l-istess ċelebrazzjoni ssir sinjal ta’ ftuħ lejn kultura neo-pagana u tlaqqim fil-kultura tal-okkult, komuni ħafna fi żminijietna.

– Ikun aktar jixraq li wieħed jifhem għaliex din iċ-ċelebrazzjoni ma taqbilx mat-twemmin nisrani u jivvaluta mill-ġdid il-wirt nisrani li fih tfakkarna kontinwament il-Knisja:

i. Fl-1 ta’ Novembru, in-nisrani huwa msejjaħ jiċċelebra l-festa tal-Qaddisin kollha, dawk li l-Papa Benedittu XVI, liż-żgħażagħ miġbura f’Cologne, sejħilhom “ir-rivoluzzjonarji veri tas-soċjetajiet tagħna”.

ii. L-għada, imbagħad, issir it-Tifkira tal-Fidili Mejtin kollha, fejn permezz ta’ Kristu nitolbu għall-għeżież mejtin tagħna u aħna stess nirċievu l-ġid li jwassal it-talb tagħhom għalina.

iii. Żewġ tifkiriet li jfakkruna fl-għaqda tal-Knisja tal-art ma’ dik tas-sema.

Ikun sabiħ jekk l-okkażjoni ta’ dawn il-jumejn tagħti lok biex wieħed jiċċelebra l-fidi tiegħu, u fuq l-eżempji tal-qaddisin, jifhem li għan-nisrani, il-ferħ veru jinsab f’relazzjoni ta’ ħbiberija vera u ħajja ma’ Kristu Ġesù, il-Feddej tal-bniedem.

Categories: Ġenerali
  1. Karm Vella
    October 30, 2012 at 10:30 pm

    B’referenza ghal dak li kiteb is-Sur Eddie Muscat, nghid li jkun hazin ghalina li niehdu dak li jsir l-Amerka bhala regola ghalina. Donnu li l-Amerika mhux dwar il-halloween biss ma jaghmlux hafna fuss!

  2. Jane Attard
    October 30, 2012 at 10:21 pm

    Sfortunatment qed naqra xi messaggi li qisna irridu nghidu li din li- festa pagana rridu naccettawha . lit -tfal u zghaghah ejjew intuhom il- messagg sabih tal -bxara tajba li ahna niccelebraw il- HAJJA li tana Gesu .Aktar il- quddiem hemm messagg li hareg mil- kummissjoni Djocesana tal- Occult li jaghti direzzjoni cara dwar din il- festa.

  3. eddie muscat
    October 31, 2011 at 10:10 pm

    Jiena ma nafx ghalfejn isir hafna plejtu fuq il-festa tal-halloween. L-Amerka ma jaghmlu l-ebda fuss. Kienet x’kienet fl-antik, illum m’ghandha l-ebda sinifikat. Hija semplicement grajja tac-cajt. Kull ma jaghmlu l-Amerka hu, in-nies jippreparaw xi helu u xi frott, u meta jigu jhabbtulhom it-tfal u jghidulek Trick or treat, inti ittihom xi helu u jitijqu minn wara biebek.They’re making a hill out of a mole.
    Eddie Muscat

  4. Connie Saliba
    October 28, 2011 at 8:13 pm

    Ma nistgħux ngħidu li ssir mingħajr intenzjoni, xorta jibqa’ l-fatt li hi festa pagana. U b’hekk tbexxaq il-bieb li jwasslek għal okkult. Din l-idea li tinbett fit-tfal żgħar iwassluhom li jikbru ftit ieħor u jkunu għomoduha u aċċettawha sew li ssir li xejn mhu ħażin. Li jiddispjaċini wkoll meta niċċelebrawha fl-iskejjel, kultant anke f’ċerti iskejjel tal-Knisja. Pero irrid inżid ukoll li mhux l-iskejjel kollha jiċċelebrawha. U dan riżultat li fl-aħħar qegħdin nitkellmu u nfissru x’inhi eżatt il-Halloween, għax qabel kien hemm skejjel jiċċelebrawha bla ma kienu jafu xi tfisser.

  5. Al
    October 28, 2011 at 9:32 am

    Kemm naghmlu ‘fuss’ ghal xejn l-ahwa – aqraw dan l-artiklu u darb’ohra tajjeb li qabel nifthu l-kanuni niccekkjaw l-fatti l-ewwel… il-paci maghkom… (link to external site deleted by system)

    • Al
      October 28, 2011 at 11:58 am

      Milli jidher il-links barranin ma jigux accettati mis-sitex, ma jimpurtax. Fittxu fuq il-google din il-frazi – surprise: halloween’s not a pagan festival u hemm artiklu interessanti hafna. Fuq kollox il-hsieb li nixtieq naqsam hu ejjew niffokaw fuq il-messagg tal-vangelu u l-messaggi l-ohra nhalluhom ghall-ohrajn. Jekk inqattghu hafna hin nikkritikaw lill-ohrajn nispiccaw nahlu l-hin kollu taghna minghajr ma nkunu semmejna dak li hemm fil-qalba tal-fidi taghna. Tinsewx ahna msejjhin biex inxandru l-Ahbar it-Tajba u mhux l-ahbarijiet il-hziena. Dawk hawn kemm trid minnhom. Mill-gdid il-paci maghkom. Al

  6. Alfred Baldacchino
    October 27, 2011 at 11:47 am

    Il-bniedem irid jara kif jghaddi z-zmien. L-aqwa li ma jaghmilx hsara lilu nnifsu jew lil ohrajn bhal ma kien isir fl-imghoddi.

    PS Ghad baqa’ xi individiw fis-South Americai li jsallbu lillhom infushom ecc u dawn ghandhom ikunu kundannati.

  7. Vivien Cassar
    October 25, 2011 at 10:31 am

    XI KULTANT naghmlu hafna ‘fuss’. jien kont imrobbija barra u konna naghmlu haloween u qatt ma kien hemm xi affarijiet ta’ barra minn hawn psikologikament fuqna. il- fantazija u hafna mil-kartoons juzaw il-fatati (Mhux qed nghid li b’daqsekk tajjbin!). jekk inhalluha fuq leivell da ‘fancy dress party’ tkun ahjar mill noqghodu nithlu fuq is-satanizmu. Noqghodu attenti li ma noholqux polemiki fejn huwa ‘a bit of fun’. Dan b’hal kollox nedukaw li dawn l-affarijiet ghandhom l-estrem taghhom. haloween huw 31 Ottubru the evening of the hallows where the lost souls wander around. then all saints is celebrated.

  8. Ramon Casha
    October 25, 2011 at 5:26 am

    Sa fejn naf jien ma teżisti ebda festa u okkażjoni oħra Nisranija li m’għandhiex oriġini pagana jew sekulari. Fost il-festi pagani hemm il-Milied u l-Għid (il-bajda tal-Għid u l-fenek huma simboli tal-fertilità), kif ukoll San Valentinu u l-karnival (li spiċċaw reġgħu saru sekulari), u saħansitra l-jum tal-Ħadd bħala l-jum tal-ġimgħa konsagrat. Oħrajn jinkludu l-festa Maltija tal-Imnarja, il-ħġejjeġ ta’ San Ġwann, eċċ.

  9. T. Rapa
    October 24, 2011 at 5:13 pm

    Jekk huwa kif kitbet Maria Zammit, allura hija konferma li drawwiet u kulturi insara hallejna li jsiru pagani. Jew ghamilnihom pagani ahna stess. Forsi mhux l-istess gara bil-jum tal-Hadd? Forsi mhux hekk gara bil-Milied? Forsi mhux hekk gara bil-festi religjuzi ta’ hafna mill-parrocci taghna?
    Darba qrajt li l-ewwel insara hadu dak li kien pagan kkristjanizzawh. Ahna qed niehu d-drawwiet kristjani li writtna u ppaganizajnihom.
    Tassew povri dawk li se jirtu lilna!

  10. Joseph Huber
    October 24, 2011 at 4:38 pm

    Il-veru hasra hi li l-kummercjalizzazzjoni hakmet lis-socjeta’ u l-popolarita’ ta’ din il-pseudo festa qed tikber minhabba l-kummerc li tiggenera. Nosservaw li kif toqrob xi data bhal din l-ewwel ma nindunaw hu mill-armaturi tal-hwienet!! Qed nghixu fi zmien meta ma jimpurtana xejn aktar hlief mill-flus u l-qligh akkost ta’ kollox. Bi sfortuna anki l-iskejjel qed jaqghu f’din i-nassa qiesu mhemmx bizzejjed okkazjonijiet biex issir celebrazzjoni!!!

  11. Maria Zammit
    October 24, 2011 at 4:16 pm

    Il-kelma halloween hija korruzzjoni ta’ zewg kelmiet flimkien: Holy evening. Ili nafha fuq erbghin sena meta kont noqghod l-Ingilterra. Fi kliem iehor qabel ma bdiet tigi ccelebrata bhala festa stupida kif inhi issa, kienet tfisser il-vgili tal-Qaddisin kollha u immedjatament warajha il-festa tal-erwieh qaddisa kollha, jigifieri gurnata ta’ preparazzjoni ghal dawn iz-zewg festi. Ta’ min lit-tfal jghallimhom it-tifsira tal-kelma Halloween. Jien hekk kont infehmielhom lit-tfal li kont nghallem u lin-nepputijiet. Hekk ghadni naghmel mat-tfal li nghallem tad-duttrina. Ikolli nghid li l-konsumizmu sfrenat holoq festa pagana minn intenzjoni tajba!

  12. Paul Sciberras
    October 24, 2011 at 1:51 pm

    Ma nafx kontx titkellem b’ironija jew sarkazmu meta ktibt li “Donnu qed jerga’ joqrob Halloween. Anke mill-istess reklami li tara fuq it-televizjoni tibda tintebaħ.”

    Li qed joqrob il-Halloween nafuh f’fatt ghax illum 24 ta’ Ottubru u l-Halloween jigi fl-1 ta’ Novembru. M’hemmx “Donnu” u lanqas “tibda tintebah”.

    Haga ohra: Diga’ wkoll qed naraw riklami ta’ tizjin marbut mal-Milied! Jiena nahseb li fejn naraw li nistghu naghmlu xi sold, l-uniku kriterju jkun li nirreklamaw is-suq, xejn iktar u xejn inqas … l-uniku valur li baqa’ hu s-suq u l-flus. Imma ma nwahhlux fis-suq u l-flus li rikbuna: f’xi skejjel tal-Knisja l-Halloween jigi celebrat bhal fi skejjel ohra. Meta se niehdu stands cari u konformi biss mal-identita’ taghna?

  13. Stephen Zammit
    October 24, 2011 at 10:48 am

    Tassew li din hija festa pagana u m’ghandiex tinghata importanza ghalkemm min irid jiccelebraha ghax pagan ma nistghux inzommuh. Dan ikompli juri kemm hawn nuqqas ta’ formazzjoni u informazzjoni! Il-Knisja qeghda twassal il-messagg taghha permezz ta’ xi omeliji fil-Hdud u l-festi biss u fil-pastorali. Hemm bzonn naqbdu l-barri minn qrunu aktar u nindirizzaw dawn it-tip ta’ problemi minghajr biza’. Din hija l-missjoni taghna lkoll f’din il-persekuzzjoni kontinwa!

  14. Lynn McCormick
    October 24, 2011 at 9:15 am

    Jiena nifhem dak kollu illi intqal u naqbel pero wiehed ghandu ukoll jiehu din is sitwazzjoni bhala stampa shieha. Kemm nies vera jiccelebraw din il festa bhala festa pagana? Jiena nahseb li kwazi hadd! Hija opportunita biex in nies jilbsu xi haga mhux tas soltu u fuq kollox jizdid il kummerc. Kultant iktar kemm nghamlu ghageb b’xi haga iktar in nies jghamluha pcerta hdura. Li wiehed jghallem dejjem importanti izda il-knisja suppost issa tghallmet li aktar kemm tghamel l-affarijiet bi kbar aktar in-nies jghamlu dak li mhux suppost. Mela allura sakemm ghada innocenti m’ghandiex nghamlu ghageb. Izda din hija biss l-opinjoni tieghi.

  15. G. Scicluna
    October 24, 2011 at 7:44 am

    Ta’ min jiehu din l-istqarrija bis-serjeta’. Din il-festa hija pagana u tissvijja kompletament mit-taghlim nisrani. Suppost ahna l-insara nfakkru jum il-qaddisin u l-gheziz mejtin taghna. Tajjeb li jkun hawn taghlim fuq din il-festa u jsiru xi powerpoints jew starrija mill-isqfijiet taghna sabiex il-poplu kollu jkun mgharraf bl-ingann warajha. Din il-festa hija pagana u satanika.

  16. J. Pulis
    October 23, 2011 at 6:58 pm

    Bħala għalliema, meta xi snin ilu bdiet tikber fil-popolarita’ din il-festa, jien ma kont nara xejn ħażin. Anzi kont nieħu l-opportunita’ biex lit-tfal ngħallimhom xi aġġettivi u espressjonijiet tal-biża’ u jiktbu xi stejjer tal-biża’, eċċ.

    Illum il-ġurnata, ngħallem il-PSD u meta nsaqsi lit-tfal jekk jafux x’inhi l-festa ta’ l-1 ta’ Novembru, mill-mijiet li ngħallem, issib waħdiet li jafu li l-1 ta’ Novembru hi l-festa tal-Qaddisin kollha. Il-maġġoranza assoluta tgħidli ‘Halloween’.

    Ċar li f’moħħ it-tfal, il-festa li meta konna żgħar aħna konna nqimu u niftakru f’dawk l-erwieħ twajba li qegħdin igawdu lil Kristu, illum iqisuha b’mod kompletament differenti.

    Hija verament ħassra! Jien nagħmel it-tikka tiegħi u lit-tfal inkellimhom dwar il-festa tal-Qaddisin kollha.

  17. Editur
    October 23, 2011 at 6:45 pm

    Interessanti hafna dak li kiteb dwar il-Halloween, l-ezorcista Malti, Fr Franco Fenech OFM Cap….

    Disgrazzjatment hawn Malta, il-festa tal-Halloween qed tiġi ċċelebrata bil-kbir. U b’dispjaċir ngħid li tiġi ċċelebrata f’ħafna ambjenti taż-żgħażagħ: skejjel (anki tal-Knisja), ċentri taż-żgħażagħ (anke dawk fir-responsabbiltà tal-parroċċi … >>>>

    Kompli aqra …. http://www.laikos.org/FF_Halloween.pdf

  18. Dun Kalcidon Vassallo
    October 23, 2011 at 6:14 pm

    Ma nafx ghaliex, gejja din l-imsejjha “festa”, u ma tohrogx dikjarazzjoni ‘minn fuq’ li tghid car u tond li din festa pagana . . . u tinqara fil-knejjes.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: