Home > Familja > Qaddejja ta’ Alla fil-Familja

Qaddejja ta’ Alla fil-Familja


                                                                                                                                  

5 ta’ Ottubru, 2011   –    90/2011

QADDEJJA TA’ ALLA  FIL-FAMILJA

Nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Ottubru 2011, se ssir laqgħa bit-tema: Henry u Inez Casolani ‘Qaddejja ta’ Alla fiż-żwieġ u fil-familja.’ Il-Kelliem ewlieni se jkun Fr Paul Chetcuti SJ. Se jkun hemm ukoll esperjenzi personali mill-Perit Vincent Cassar u l-Kardjologu Dr Robert Xuereb. Din il-laqgħa se ssir fl-iskola ta’ Santa Monika, B’Kara u tibda fis-7.00 p.m.

Henry u Inez Casolani iżżewġu fid-19 ta’ April 1944 fil-Knisja ta’ Santu Wistin il-Belt. Huma għexu l-ħajja tagħhom ta’ kuljum fiż-żwieġ u fil-familja b’mod straordinarjament tajjeb.  Tul ħajjithom kollha Henry u Inez Casolani ma tilfux il-ħarsa tagħhom minn fuq Alla. Dak kollu li għamlu wettquh b’qalb kbira mimlija mħabba u kompassjoni.  Għexu ż-żwieġ tagħhom b’impenn, fedeltà u entużjażmu.  Kien hemm spirtu ta’ qadi bejniethom fuq l-eżempju ta’ Ġesù. Fil-familja tagħhom kien hemm ambjent qaddis, ambjent ta’ knisja domestika.

Henry Casolani twieled il-Belt Valletta fl-1917 u miet fl-1999. Huwa għamel karriera twila u sabiħa bħala draughtsman mal-Public Works Department u kien ta’ eżempju mill-isbaħ għal sħabu. Inez Casolani twieldet f’Bormla fl-1915 u mietet fl-1992. Hija kienet għalliema iżda kif iżżewġet waqfet mill-professjoni tagħha biex tiddedika ruħha totalment għall-familja. Henry u Inez Casolani kellhom tifla unika, Cecilia, li ta’ dsatax il-sena daħlet soru mas-Sorijiet ta’ St. Joseph of the Apparition.

Henry u Inez kienu żewġ personalitajiet b’karattri differenti minn ta’ xulxin imma sabu l-mezz kif ikunu ħaġa waħda f’dak li hi fundamentali: l-għaqda fl-imħabba t’Alla u li jimxu dejjem il-quddiem fil-prattika tat-tagħlim ta’ Ġesù. Riedu jitqaddsu huma l-ewwel fil-familja u mbagħad għaddew din il-mira lin-nies ta’ madwarhom. Henry Casolani kellu fejqan straordinarju f’għajnejh minn Macular Degeneration u Diabetic Retinopathy bl-intercessjoni tal-Venerabbli, illum Beata, Swor Maria Adeodata Pisani. Henry u Inez Casolani huma xhieda ta’ Kristu u tal-fidi nisranija. Huma eżempju attwali ta’ qdusija fil-ħajja miżżewġa ta’ kuljum.

Categories: Familja
  1. Joseph P. Tonna
    October 11, 2011 at 1:59 pm

    Henry u Inez Casolani l-qaddisin ta’ żminijietna. Kull vokazzjoni hija iebsa biex tghixha. Żgur li dik taż-żwieġ mhix ċajta. Żewġ persuni ta’ sess oppost, b’karattri u trobbija differenti jghixu flimkien. Konvint li kienu koppja li jafu jitolbu flimkien, u jaqsmu kollox flimkien is-sabiħ u l-ikraħ. Kienu jafu jħobbu, jaħfru u dejjem ġibdu l-istess ħabel fid-direzzzjoni t-tajba. Huma eżempju għal koppji tal-lum. Għal grazzja t’Alla għandna ħafna familji tajbin. Nemmen li dawk il-koppji li kienu fidili għal xulxin, u li egħexu l-vokazzjoni tagħhom, kollha huma qaddisin. Dan jfisser li lkoll nisghtu nilħqu dan il-għan, jekk dejjem nagħmlu d-doveri tagħna. (Joseph P.Tonna Birkirkara)

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: