Home > Evanġelizzazzjoni > Organiżmu ġdid għall-evanġelizzazzjoni ġdida.

Organiżmu ġdid għall-evanġelizzazzjoni ġdida.


BL-EVANĠELIZZAZZJONI ĠDIDA L-KNISJA TIĠĠEDDED U TIKBER


“Flimkien mal-isqfijiet kollha se nfittxu nqanqlu organiżmu ġdid li jkun jista’ jaħdem għall-evanġelizzazzjoni ġdida. Kif jeżisti wieħed għall-katekeżi, ieħor għall-karità, l-istess għandu jsir wieħed għall-evanġelizzazzjoni ġdida.”  Dan qalu l-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozjoni  tal-evanġelizzazzjoni ġdida, f’intervista li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet kattoliċi, Zenit.

L-Arċisqof Fisichella qal li l-ewwel evanġelizzaturi huma l-Isqfijiet u għalhekk  wieħed mill-ħidmiet li l-Papa fdalna f’idejna hu eżattament dak li nagħmlu  kuntatt partikulari mal-konferenzi tal-isqfijiet propju biex jinħoloq dan l-organu.

Huwa qal li l-Evanġelizzazzjoni Ġdida …

  • ma ssirx għax qed ngħixu fi żminijiet ta’ kriżi….
  • tfisser li nġeddu fina l-ispirtu missjunarju li għandu jkollu kull nisrani għax teħtieġ missjunarji ġodda …
  • ma ssirx billi noqogħdu madwar mejda biex nippjanaw …
  • hija intuwizzjoni profetika li ġġegħelna naħsbu bis-serjetà fuq żminijietna …
  • iġġegħelna nifhmu l-mard tas-sekolarizzazzjoni li welled din il-kundizzjoni …
  • u naħsbu fuq x’qed iwassal il-bniedem tallum li ma jimpurtah xejn mill-verità …
  • twassalna nuru li l-laqgħa u l-esperjenza t’Alla hija kundizzjoni meħtieġa biex il-bnedmin tallum jerġgħu jsibu tassew is-sens ta’ ħajjithom …
  • hija d-dmir li inwasslu mill-ġdid il-Vanġelu. …
  • tridna nibdlu l-mod kif nitkellmu, waqt li l-kontenut jibqa’ dejjem dak li hu.

Jekk naħsbu jew nimmaġinaw li l-Knisja hi biss dik li tiġi ppreżentata lilna minn xi mezzi ta’ komunikazzjoni tal-massa, joħroġ ċar li se jkollna dejjem dehra parzjali u mgħawġa. Imma l-Knisja mhijiex hekk. Il-Knisja hi ta’ kobor li tibdel in-nies billi twasslilhom u tkunilhom xiehda tal-Vanġelu.

Ara l-intervista kollha bil-Malti, li Monsinjur Fisichella ta liż-Zenit.  Ikklikkja hawn …>

Categories: Evanġelizzazzjoni
  1. marie seguna
    August 30, 2011 at 9:22 pm

    Li tevangelizza mill-gdid ma jfissirx li twassal xi Evangelju gdid izda li terga’ tmur lura lejn l-eghruq tal-Kristjanezmu u terga’ twassal l-ahbar it-tajba mill-gdid anke lil dawk li huma ‘diga evangelizzati’. Kull mghammed bl-Ilma u bl-Ispirtu ghandu d-dritt u d-dmir li l-ewwel ikun hu evangelizzat u dak li jircievi ma jibqax ghalih biss imma jkun xhud ta’ Kristu billi jxandru lill-ohrajn. Jekk ma nitghallmux naqraw l-Iskrittura Mqaddsa u nifhmu l-messagg taghha (fejn ma nifhmux naraw li nfittxu li nitghallmu bhal dak l-Ewneku fl-Atti tal-Appostli li talab l-ghajnuna ta’ Filippu), ma nistghux inkunu evangelizzaturi. Il-media nofs messagg twasslilna u dak li jaqbel lilha. Ghalhekk irridu nfittxu t-taghlim taghna fi hdan Ommna l-Knisja Mqaddsa.

  2. Anthony Debono
    August 30, 2011 at 1:07 pm

    Lazzru, qum! Lazzru, ohrog!

    Nistaqsi jien, ahna meta se nqumu mir-raqda, jew ahjar mill-mewt li qeghdin fiha? Meta se nohorgu mill-qabar li ndfinna fih? Min se jnehhilna l-blata? Min se jhollilna l-faxex?

    Tghid, din id-darba, Lazzru jixtieq iqum mill-mewta tieghu?

  3. Kenneth Scerri
    August 30, 2011 at 10:07 am

    Nahseb li fl-evangelizzazzjoni mhemmx min irid jevangelizza u min irid ikun evangelizzat. Kull nisrani huwa evangelizzatur u jehtieglu jkun evangelizzat. Ghalhekk f’dan il-process ta’ evangelizzazzjoni gdida, qabel xejn iridu nibdew bil-konverzjoni taghna nfusna. Jekk mhux lesti ninbidlu ahna, allura mhu se nghinu lil hadd biex jinbidel. Fi zmien Kristu, l-akbar ostaklu kienu dawk li riedu jikkonvertu lill-ohrajn u qatt ma hassew il-htiegu li jikkonvertu huma stess.

  4. Godwin Darmanin
    August 29, 2011 at 10:44 pm

    Evangelizzazzjoni gdida zgur ma tfissirx Evangelju gdid. Forsi tfisser Evangelizzaturi godda?

  5. S. Vella
    August 29, 2011 at 10:40 pm

    Allura se noholqu struttura ohra? Mhux ahjar nirristrutturaw dawk li diga ghandna? Per ezempju l-ghaqdiet x’minnhom? Ghadhom jezistu? Per ezempju l-kunsilli fil-parrocci se jibqghu sejrin bil-programmi li kellhom dejjem? U l-parrocci? Dawn se jibqghu jirrepetu sena wara sena dak l-istess programmi li dejjem kellhom?

  6. Lina Curmi
    August 29, 2011 at 10:30 pm

    Veru li kif hemm fl-intervista li l-evangelizzazzjoni gdida ma ssirx ghax qed nghixu fi zmien ta’ krizi. Imma donnu li l-bniedem irid ikun fi krizi biex jipprova jitharrek.

  7. Charles Mercieca
    August 29, 2011 at 10:23 pm

    Qrajt dak li qal l-arcisqof Fisichella fl-intervista. Laqtuni zewg punti wiehed iwassal ghall-iehor

    a. l-evanġelizzazzjoni ġdida teħtieġ missjunarji ġodda.

    b. ma nistgħux noqogħdu madwar mejda biex nippjanaw kif se nagħmlu l-evanġelizzazzjoni ġdida għax jekk nagħmlu hekk ma taħdimx. Xogħolna jsir billi jkollna u nrabbu missjunarji ġodda.”

    L-evanagelizzazzjoni ma titwettaqx bil-pjanijiet, wiehed wara l-iehor, li jibqghu fuq il-karta, imma bil-missjunarji.

    Jekk ma nifhmux din, imsieken ahna.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: