Home > Evanġelizzazzjoni > L-Evanġelzzazzjoni Ġdida – Ċanfira?

L-Evanġelzzazzjoni Ġdida – Ċanfira?


Bi tħejjia għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġelizzazzjoni Ġdida, is-Segretarjat tas-Sinodu pprovdilna xi mistoqsijiet bil-għan li dawn jiġġeneraw diskussjoni f’kull livell tal-Knisja.  Uħud minn dawn id-domandi jistgħu mhux biss jgħinnuna niddiskutu, imma forsi wkoll jistgħu jkunu ta’ ċanfira.

Tistaqsi s-Santa Sede …

  • Issa, is-suġġett “evanġelizzazzjoni ġdida” hu magħruf sew fil-Knejjes lokali tagħna. X’sar dwar l-evanġelizzazzjoni ġdida, xi tfassal dwarha? X’forma ħadet?
  • Liema attività pastorali speċifika ibbenefikat mill-“evanġelizzazzjoni ġdida”? Ikkummenta dwar xi bidliet li saru fil-programmi pastorali jew xi tiġdid ieħor li seħħ? Min-naħa l-oħra, liema tfixkil jew tensjoni nħolqu f’dan ir-rigward?

U nistaqsi jien …

  • Huwa minnu li fil-Knisja f’Malta, fil-parroċċi tagħna, fl-għaqdiet, fil-movimenti, kunsilli u kummissjonijiet, is-suġġett “Evanġelizzazzjoni ġdida” hu magħruf sewwa?
  • Sar xi ħaġa f’dawn l-istrutturi tal-Knisja f’pajjiżna dwar din it-tema li l-Knisja universali qed tqisha tant importanti?
  • Jekk bdejna,  fhiex wasalna?  Imma jekk għadna ma bdejniex, allura x’qed nistennew.

U inti xi tgħid?

  • Agħti s-sehem tiegħek inti wkoll. Napprezzaw il-kummenti u  suġgerimenti tiegħek,
  • jew mod publiku fuq il-blog stess … ikklikkja hawn  ⇨
  • inkella privatament b’email fuq … ⇨lajci@maltadiocese.org.
Categories: Evanġelizzazzjoni
  1. Marie Seguna
    August 22, 2011 at 7:42 am

    Il-Kelma Evangelju minnha nfiha tfisser li twassal l-ahbar it-tajba. Min jircievi l-ahbar it-tajba jinduna li ma jistax izommha ghalih innifsu u bilfors irid iwassalha lil haddiehor. Dan ifisser li min jaccetta lil Gesu’ f’hajtu bilfors irid jaqsmu ma’ haddiehor. Hafna minnha ghadna ma nistghux nifhmu li ahna lkoll ‘il-Gisem ta’ Kristu’ li hu maghmul kemm mill-gerarkija tal-Knisja kif ukoll mil-lajci – il-Knisja kollha kemm hi. Allura kif irridu nevangelizzaw mill-gdid? Jien nahseb li kull mghammed jista’ jaghmel dan bil-fakulta’ tieghu fi hdan il-familja, fuq il-post tax-xoghol, waqt id-divertiment, fil-knisja, waqt hinijiet tat-talb u fl-ambjenti kollha tal-hajja billi jkun xhud tal-Evangelju. Bhalma Gesu’ qabel telgha s-sema talab lill-Appostli u d-dixxipli biex ixandruh mal-erbgha rjihat tad-dinja, ahna li rcevejnieh permezz tal-maghmudija irridu nkunu li nwasslu dan l-Evangelju billi nghixuh wara li nkunu midhla sew tieghu, niffurmaw ruhna permezz tat-taghlim li toffrilna l-Knisja u nkunu xhieda ta’ dan kollu billi ‘mmorru nghixu fil-paci ta’ Kristu’.

  2. A. Grech
    August 20, 2011 at 12:27 pm

    Naqbel ma’ Mr. T. Zahra u Dr. N. Azzopardi b’eccezzjoni wahda, fejn Dr N Azzopardi qal li jkun hemm il prezenza ta’ Gesu Sagramentat waqt id-diskussjoni.

    Fl-opinjoni tieghi il-prezenza ta Gesu Sagramentat tista’ zzomm lill xi whud milli jesprimu ruhhom bil miftuh kif jixtiequ u anke jgibu l-post qisu knisja. Biss qabel ma taghlaq il-laghqa jingieb Gesu’ Sagramentat, u wara kant spiritwali li jinghogob miz-zghazagh tinghata l-barka sagramentali

    Wara l-laqgha jekk ikun possibli iz-zghazagh ghandhom jigu mistiedna ghal xi haga x’jixorbu u jieklu bhal soft drinks fis-sajf u te/kafe fix-xitwa flimkien ma xi haga ta l-ikel bhal sandwich jew xi haga simili. Dan jista’ jservi biex ikunu jistghu ikomplu jiddiskutu informalment kemm bejniethom u kemm ma minn kien qieghed immexxi/immexxu l-laqgha. Dan ta’ l-ahhar ghandu jkun/u ittrenjati tajjeb b’certa karizma li tigbed lejhom liz-zghazagh.

    Fost dawk li ghadhom jigu ittrenjati ghal dan ix-xoghol anke ghal-bidu biex jghinu huma iz-zghazagh li bhal issa jinsabu impenjati f’xoghol parrokjali.

    Fejn hu possibli ghandu jkun hemm quddiesa apposta ghaz-zghazagh biss u waqt quddies iehor zghazagh impenjati fil-parrocca ghandhom ikellmu zghazagh li jkun taparsi jisimghu quddies iehor.

  3. M'anne Sultana
    August 20, 2011 at 12:26 pm

    L-opinjoni tieghi personali hija li mhux kulhadd jifhem xi jrid jinghad biha “L-evangelizzazzjoni gdida”. Kullhadd baqa’ marbut mall-passat. Hadd ma jrid min jirfes go l-ghalqa tieghu. U kull ghaqda jahsbu li taghhom hi l-aqwa u l-ahjar ghaqda.U dment li l-laqghat qeghdin isiru, mela kollox sejjer tajjeb. Hemm membri ta` ghaqdiet li ssibhom f`erbgha ghaqdiet ohra fil-parrocca. Ghalhekk issib dejjem l-istess nies f`hafna laqghat.
    Nitolbu sabiex l-ispirtu s-Santu iqajjem nies bi Spirtu gdid, modern, u qawwi.

  4. JC
    August 20, 2011 at 12:23 pm

    I agree, the topic of New Evangelisation is not known, and those who have heard it, don’t know what it means or entails, including myself.

    My idea about the topic is being witness to one’s faith. To do so, one has to know the faith well, and not just a devotional faith as most have, unfortunately ; there is much religious ignorance on these islands, resulting in what we went through. Also one has to be courageous and stand up and be counted, when one is convinced of one’s faith, and also there is much tepidity.

    So how can New Evangelisation take ground ? If I am not mistaken, about 25 years ago, before it was even heard of in Rome, the Franciscan Minors’ (OFM) Minister General Hermann Schaluck had mentioned it already. I heard about it about 18 years ago at a course. He also had said, if I am not mistaken, that the world wants to omit God, and we have to put God back into the world.

  5. Dun Pawl Sciberras
    August 20, 2011 at 12:22 pm

    Nixtieq inqajjem punt li nhoss li huwa fundamentali fid-diskussjoni dwar l-Evangelizazzjoni l-Gdida. Inhoss li dan is-suggett mhuwiex ikollu l-impatt li ghandu jkollu fuq il-Knisja f’Malta ghax m’ahniex nifhmu sewwa t-termini li qed jigu uzati.

    Jissemmew zewg termini: Evangelizzazzjoni Gdida u Ri-Evangelizazzjoni. Tifhem li hemm differenza sewwa bejn it-tnejn. Evangelizzazzjoni Gdida tfisser aktar libsa gdida jew modi godda jew mediums godda ghall-Evangelju. Il-kontenut huwa l-istess wiehed li wassal Gesu’ nnifsu meta gie fid-dinja, imma l-libsa jew il-modi jew il-mediums iridu jigu adattati ghall-bzonnijiet tal-fidi tal-komunitajiet taghna. F’dan ir-rigward jidhlu s-sitwazzjonijiet godda, il-komunitajiet godda, u l-bzonnijiet godda tal-fidi tal-insara llum. Ri-evangelizzazzjoni tfisser aktar li donnu jerga‘ jigi mill-gdid Gesu‘ u jerga‘ jaghmel dak li ghamel elfejn u ghaxar snin ilu.

    Minhabba li ahna f’Malta l-Evangelju rcevejnieh prattikament sa minn meta xandru Gesu‘, allura hafna jifhmu li din ir-Ri-Evangelizzazzjoni mhix ghalina. X’taghmel b’dak li diga’ rcevejna? Tarmih? Dak ma ghadux tajjeb? Tghid ghax ma kienx tajjeb li ahna fhiex ahna? ecc. Donnu li hekk irragunajna fil-kwistjoni tad-divorzju: dak x’qalulna dejjem li qal Gesu’; issa qeghdin fi zminijiet differenti; mela issa napplikaw Evangelju gdid!

    Inhoss li din il-kwistjoni trid tkun iccarat fid-diskussjoni kollha tal-Evangelizzazzjoni l-gdida.

  6. T. Zahra
    August 20, 2011 at 12:21 pm

    Donnu li l-Vatikan qed johodha “for granted” li kulhadd jaf x’inhi din l-Evangelizzazzjoni Gdida. Min naha ghandhom ragun jahsbu hekk ghax din ilna nitkellmu dwarha sa mis-sittinijiet, fi zmien il-Papa Pawlu VI.

    Ma nafx barra minn Malta x’sar. Imma Malta ma nafx kemm il-poplu nisrani jaf x’inhi jew qattx sema biha.

  7. Dr Nazzareno Azzopardi MD
    August 20, 2011 at 12:20 pm

    Naqbel mal Mons Mifsud li l-ewwel haga fl’Evangelisazzjoni Gdida hija l-qdusijja tal-operatur innfshu!
    It-tieni haga bzonjuza ghal evangelisazzjoni taz-zghazagh hija li kull laqgha li ssir tinhareg mil-eghluq tal-knisja -muzew parrokjali li ghandna u jsiru fi swali apposta fejn ikunu jistghu jitkellmu liberament fuq kull ma jweggahhom.
    It-tielet haga hija l-prezenza tas-Sagrament fil-swali waqt dawn id-diskussjonijiet. Niftakru li Gesu dejjem kien ifittex in-nies, qatt ma kien jahrabhom anzi ipprovda ‘free meal’, u kien ippreparat ghal kull domanda skabruza kemm hi li kien jghamlulu!
    Ir-raba haga il-prezenza ta mezzi audiovisivi jghinu hafna din id-diskussjoni.

  8. Mgr Lawrence Mifsud
    August 19, 2011 at 12:19 pm

    I think that New Evangelization should start firstly by having each member of the Church appreciate the fact that he/she by Baptism was incorporated with Christ and as such should be always accountable in all life’ circumstances:

    Secondly, should daily endeavour to live up according to the Gospel standards, as life’ s circumstances show and dictate;

    Thirdly, understand fully the meaning of Christ’s invitation to all his ofllowers……….”Whosoever wants to follow me…..has to renounce oneself (meaning world’s values), carry his cross, and follow me”.

    Fourthly, Once that this ideal is attained, the one’ s aim should be to outreach others, especially those who are very close to him, to start living up to this new standard.

    Finally, making good use of the Holy sacraments, especially Communion and Reconciliation,and prayerful devotion to Mary, Mother of the Church.

  9. Sr Victoria Sant
    August 19, 2011 at 12:18 pm

    Din it-tema “Evangelizzazzjoni gdida” nahseb li ftit nafu xi tfisser. Hemm gruppi li jinsabu fil-periferija u li ftit huma midhla tas-sagristija. Dawn il-persuni rridu naghtuhom spazju fil-parrocci taghna biex huma stess jghinu lil KPP jfassar pjan pastorali li jinkludi lil kulhadd fil-parrocca. Ghandna nisimghu aktar l-uggieh u l-problemi ta kull grupp fil-Knisja biex l-Knisja tkun veru Omm u qaddejja.
    “Evangelizzazzjoni gdida” trid tati hafna aktar kas taz-zghazagh u tipprova tidhol fid-dinja taghhom biex tghinnhom fil-preparazzjoni taghhom ghall-hajja, u tintegrhom fil-hajja tal-parrocca.
    Din il-hidma kollha trid tkun mibnija fuq il-hajja ta talb li kull operatur pastorali jrid ikollu. Ir-ruh tal-”Evangelizzazzjoni gdida” hija l-ghaqda u r-relazzjoni taghna mal-Mulej li minnu niehdu kull forza u qawwa biex ‘naghmlu dak li jghidilna Hu’.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: