Home > Evanġelizzazzjoni > Evanġelizzazzjoni Ġdida – X’inhi?

Evanġelizzazzjoni Ġdida – X’inhi?


F’Ottubru 2012, fil-Vatikan se jiltaqgħu isqfijiet minn madwar id-dinja sabiex flimkien jiddiskutu t-tema tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida għat-Trasmissjoni tal-Fidi Nisranija.  Bħal ma ġara fl-Assembleji tas-Sinodu tal-Isqfijiet passati, din id-darba wkoll, il-Konferenza Episkopali Maltija se tkun rappreżentata minn wieħed mill-Isqfijiet Maltin. Peress li fl-aħħar Sinodu dak tal-2008 dwar il-Kelma ta’ Alla kien ħa sehem l-Arċisqof Pawlu Cremona, allura huwa probabli li din id-darba jkun l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech li jirrapreżenta liż-żewġ djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex.

Sena ilu,  eżattament fil-21 ta’ Settembru 2010, il-Papa Benedittu XVI ippublika Motu Propju; dokument uffiċċjali li bih waqqaf Kunsill Pontifiċju għall-promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida.

Fit-2 ta’ Frar ta’ din is-sena, is-Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, l-Arċisqof Nikola Eterović, ippublika l-linji-gwida, magħrufa uffiċċjalment bħala Lineamenta, li fuqhom se titmexxa d-diskussjni ta’ l-Isqfijiet f’dan is-Sinodu. F’dawn il-linji-gwida, insibu numru ta’ mistoqsijiet, imqassma wara kull kapitlu, li kif naqraw fl-istess dokument huma maħsuba biex iqajjmu diskussjoni f’kull livell tal-Knisja.

Naħseb li l-maġġoranza kbira ta’ Kattoliċi Maltin, il-frażi, “Evanġelizzazzjoni Ġdida” ma semgħuha qatt.  Fost oħrajn illum donnu li din qed issir bħal, buzz word, li bħal ma jiġri f’bosta oqsma oħra tal-moda, tibda tintuża biex wieħed forsi juri kemm huwa aġġornat. Imma kemm nafu tassew x’riedu jfissru l-aħħar Papiet, (Pawlu VI, Ġwanni Pawlu II u Benedittu XVI) b’din il-frażi, għandi dubji serji.  Niddubita wkoll jekk ir-riflessjoni u diskussjoni dwar din it-tema, bdietx bis-serjetà fil-parroċċi, fl-għaqdiet jew  movimenti u f’livelli oħra tal-Knisja f’pajjiżna.

Is-Segretarjat għal-Lajċi u l-Forum ta’ Għaqdiet u Moviment, ħadu numru ta’ inizjattivi biex iħajjru  tibda jew tikber din id-diskussjoni f’kull livell tal-Knisja, imma b’mod partikolari fostna il-lajci nsara.

  1. Slitna d-domandi preżentati fil-Lineamenta tal-Vatikan u qed nippreżentawhom bil-Malti, ħalli b’hekk niffaċilitaw id-diskussjoni fl-organi kollha parrokkjali u fl-għaqdiet.  Dawn tista’ ssibhom billi tmur fuq dan is-sit provdut hawnhekk… > http://www.laikos.org/Domandi_Lineamenta_Evangelizazzjoni.htm
  2. Ġbarna u se nkomplu niġbru lista ta’ dokument uffiċċajli u kitbiet oħra li jistgħu jgħinu biex nikbru fl-għarfien sewwa ta’ x’inhi tassew l-Evanġeliżazzjoni Ġdida u liema huma l-prijoritajiet tagħha b’mod partikolari f’pajjiżna.  Dawn tista ssibhom minn hawn… > http://www.laikos.org/Evangelizazzjoni_Gdida.htm
  3. Qegħdin ukoll nipprovdu din il-paġna fil-blog tal-Laikos biex kull min huwa tassew interessat, iħalli l-kummenti u s-suġgerimenti tiegħu.  Dawn aħna nkunu nistgħu ukoll ngħadduhom lill-Isqfijiet Maltin ħalli lilhom ukoll jistgħu jgħinuhom fit-tmexxija pastorali tal-Knisja f’pajjiżna.

Bl-għajnuna ta’ Alla, hemm maħsuba numru ta’ inizjattivi oħra.  Imma sa dakinhar li dawn jiġu finalizzati u nkunu nistgħu nħabbruhom, nixtiequ nistednuk tiktbilna l-kummenti u s-suġgerimenti tiegħek dwar din it-tema tant importanti għall-Knisja fiż-żminijietna llum.

Għidilna  x’tfisser għalik l-Evanġelizzazzjoni Ġdida u x’taħseb li għandhom ikunu il-prijoritajiet tagħha fil-kuntest lokali.

Categories: Evanġelizzazzjoni
  1. Claudio
    August 21, 2011 at 11:59 am

    Gesu’ huwa dak li rridu nxandru! Ghaldaqstant, inutli li jkollna l-istrategijji f’posthom u tant dokumenti ohrajn jekk il-parrocci taghna se nibqghu tfal fil-fidi.
    Nistaqsi: X’qed isir fil-parrocci biex in-nies nghinuhom jghamlu esperjenza hajja ta’ Gesu’ Rxoxt f’hajjithom? Kemm ghandna qassisin/patrijiet li jafu fuq Gesu’ imma ma mafux lil Gesu’? Kemm ghandna mhuh kbar izda minghajr Spirtu s-Santu?

    L-evangelizzazzjoni tibda bill jien nagharaf li ghandi bzonn ta’ bidla radikali f’hajti, u ghalhekk ghandi bzonn lil Gesu’ ghax jien midneb…jien dnub (Cantalamessa).
    L-evangelizzazzjoni ssehh jekk inhalli l-Ispirtu s-Santu jikkonvincini mid-dnub tieghi (Jn 16:9).

    Ma nistghux niggildu battalja ghas-Saltna ta’ Alla jekk is-suldati ma jkunux ittrenjati fil-fidi u jkollhom esperjenza personali ta’ Gesu’.

    Li wiehed imur il-quddies ma jfissirx li jaf personalment lil Gesu’…daqs kemm jekk nistieden lilek I’d-dar tieghi jaghmlek hija fid-demm.

  2. Richard Galea
    August 21, 2011 at 11:58 am

    John Paul II told us that the “New Evangelization” should be so in three areas, namely, methods, expression and enthusiasm. In my opinion, although we may be quite strong where new methods are concerned, “expression and enthusiasm” leave much to be desired. This is more evident in the evangelisation of youths. We cannot expect our youths to return to the altar if we insist to “pontificate” , rather than speak to them. I have always been taught that “enthusiasm is contagious”. I am sure that this is exactly what JP2 meant when he made “enthusiasm” one of the three pillars of the new evangelization. If we evangelizers are full of enthusiasm for the Lord, this will show on our faces and our attitude and only then can we truly bring others to Christ. Long, draw out faces would convince nobody. This is surely an area where the “maltese gemgem” attitude would not work!

  3. M. Bugeja
    August 21, 2011 at 11:58 am

    Nahseb li kull parrocca ghandha taghzel uhud minn dawn id-domandi li l-aktar u tressaqhom u titlob l-opinjoni tar-residenti kollha tar-rahal. Mit-twegibiet li jidhlu jista’ jitfassal rapport u dan ikun diskuss fl-assembleja.

  4. Joe Camilleri
    August 21, 2011 at 11:57 am

    L-Evangelizazzjoni Gdida trid tibda mill-esperjenza li n-Nisrani bhala individwu u l-Knisju bhala Komunita’ jridu jaghmlu ta’ Kristu. Inkella kull ma naghmlu … kollu duhhan.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: