Home > Pastorali > Il-Pjan il-Pastorali il-ġdid bdejna naħdmu fuqu?

Il-Pjan il-Pastorali il-ġdid bdejna naħdmu fuqu?


29 Lulju 2011: Fil-jiem sħan tas-sajf f’pajjiżna donnu li mhux it-tfal tal-iskola u l-għalliema tagħhom jieħdu vakanza twila.  Mill-avviżi li jaqraw il-kappillani
fil-quddies ta’ tmiem il-ġimgħa, malajr tintebaħ li bosta laqgħat u attivitajiet oħra li jsiru matul is-sena, f’dawn il-jiem ma jsirux.  Dan sintendi ma jgħoddx għall-festi tal-qaddisin, li f’dawn il-jiem ikunu fl-aqwa tagħhom.  Imma dwar dawn, forsi nikteb xi darb’ oħra.

Ma nafx jekk f’ċirkustanzi, ta’ sħana, baħar, festi u vakanzi, hemmx min fil-parroċċi tagħna jimpurtah jaqra u jikkumenta dwar il-Pjan Pastorali, imma  nemmen li ta’ min wieħed ifakkar li l-pjan li sar tliet snn ilu, illum qed joqrob lejn tmiemu biex fi ftit xhur oħra, kemm id-djoċesi kif ukoll il-parroċċi jkunu qed iwettqu l-ħidma tagħhom fuq pjan ġdid; dak għas-snin 2012-2014.

Pjan pastorali mfassal tajjeb mhuwiex kalendarju jew lista ta’ attivitajiet li jkunu se jsiru matul is-sena. Din faċli wieħed jagħmilha għax aktarx bosta drabi hija l-istess lista ta’ attivitajiet li saru fis-snin li għaddew għal dawn l-aħħar ma nafx kemm-il sena.  Iżda l-pjan tal-parroċċa għandu jkun ir-risposta tal-komunità nisranija f’kull belt jew raħal ta’ pajjiżna, għall-bżonnijiet pastorali u ċ-ċirkustanzi partikolari f’dik il-lokalità.

Ikun żball li wieħed jiġġeneralizza, imma spiss iqumu dubji serji dwar il-mod kif jitfasslu u jinkitbu uħud minn dawn id-dokumenti, li fuqhom suppost titmexxa kull ħidma pastorali matul it-tliet snin tal-pjan.

Mhux darba jew tnejn staqsejt persuni, anke fost dawk involuti ħafna f’ħidma fil-parroċċa jew fl-għaqdiet, dwar jekk jafux x’fih il-pjan pastorali tagħhom.  Inkun kawt ħafna jekk ngħid li uħud lanqas biss jafu li jeżisti. Jiena ċert li jekk nistaqsi fost il-kattoliċi Maltin, bosta aktar ikunu jafu jweġbuni dwar il-kontenut tal-budget tal-Gvern, milli dwar il-Pjan Pastorali tal-Knisja.

Biex isir pjan tajjeb, qabel xejn trid issir evalwazzjoni tajba tas-sitwazzjoni pastorali fil-parroċċa, b’mod partikolari dwar dak li sar mill-pjan pastorali ta’ qabel; dejjem jekk kien hemm wieħed.

Fit-tfassil ta’ pjan pastorali jridu jkunu nvoluti dawk kollha li jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħidma tal-parroċċa.  Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali flimkien
mal-Kummissjonijiet, l-Għaqdiet u gruppi reliġjużi għandhom ikunu konsultati bis-serjetà.  Iżda minbarra dawn, ikun tajjeb li wieħed jisma’ l-ħsibijiet ta’ persuni oħra, li minkejja li mhumiex involuti direttament fil-ħidma pastorali fil-parroċċa, madankollu huma wkoll jagħmlu parti mill-poplu ta’ Alla u huma wkoll jista’ jkollhom kontribut siewi x’joffru.

F’xi parroċci dan diġà sar, u f’xi oħrajn qiegħed isir ukoll. Imma ninsab ċert li numru sewwa ta’ parroċċi għadhom lanqas biss ħolmu li jibdew. Forsi bejn festi, vakanzi u sħanat, l-aħħar ħaġa li tiġi f’moħħom huwa l-pjan pastorali. Għandu mnejna għalihom il-pjan huwa toqol ieħor mal-ħafna li diġà għandhom.

Minn Ottubru li ġej jibdew isiru l-Assembleji Parrokkjali li fiha jrid ikun preżentat u diskuss l-abbozz tal-pjan.  Wara dan jiġi finalizzat u jitressaq għall-approvazzjoni tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Dawk li għadhom ma bdewx iħejju għal dan, ma jistgħux iħallu s-sajf jgħaddi qabel jagħmlu xi ħaġa għax f’dak il-każ ikun aħjar ma jibqgħu ma jagħmlu xejn milli jkomplu jilludu lilhom infushom lil ta’ madwarhom li huma wkoll għandhom pjan u li għalhekk jafu fejn sejrin.

Categories: Pastorali
  1. Antoinette
    November 3, 2011 at 2:04 pm

    Tajjeb hafna li jsir Pjan Pastorali b’konsultazzjoni mifruxa b’mod specjali ma` Operaturi Pastorali, Gruppi, Kummissjonijiet etc….imma zgur li l-granet tas-sajf mhumiex adattati ghal dan, fejn ghandek hafna nies ikunu vileggjatura, ohrajn imsiefrin, ohrajn jippreparaw ghall-festa u tant u tant xkiel iehor li jgib mieghu l-istagun tas-sajf. Nifhem li konsultazzjoni serja bhal din ghandha ssir matul is-sena, ferm qabel id-deadline ta’ meta ghandu jigi pprezentat l-abbozz tal-pjan waqt Assemlea Parrokkjali, li normalment issir fix-xhur ta’ Ottubru u Novembru (kmieni wisq wara x-xhur tas-sajf!!). Fil-Parrocca tieghi (Mosta) ma tantx hu suppost li xi parruccan ma jkunx semgha bil-Pjan Pastorali jew Assemblea Parrokkjali ghax tant tkun ilha tinghata informazzjoni u avvizi ghal dan ir-rigward, li min ma jinteressahx biss, joghogbu jghid li lanqas biss jaf li jezistu!! L-istedina ghall-Assemblea Parrokkjali hija miftuha ghal KULLHADD.

  2. Tony Zahra
    July 31, 2011 at 8:38 pm

    Ha ndumu naghmlu l-pjanijiet taghna? Mhux ahjar xi darba nibdew naraw x’inhuwa l-pjan Tieghu?

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: