Home > Familja > Fil-katekeżi għat-tfal se nibqgħu kif konna?

Fil-katekeżi għat-tfal se nibqgħu kif konna?


Uħud mill-ewwel katekisti lajċi ta’ żmien San Ġorġ PrecaM’ilux wisq, il-Knisja f’Malta, ħadet id-deċiżjoni li tgħolli l-età tal-għoti tas-Sagrament tal-Konfirmazzjoni (Il-Griżma tal-Isqof) għal tnax-il sena.  Ċert li l-għan wara dan kien wieħed tajjeb madankollu, meta titkellem ma’ kappillani, katekisti u ġenituri tintebah kemm dan il-pass ħoloq problemi loġistiċi.

Minkejja li l-ħsieb kien ilu jberren f’moħħ il-Knisja għal bosta snin, u dan il-kappillani kienu jafuh, madankollu forsi mhux kollha ħejjew tajjeb għal din  il-bidla. Ir-riżultat kien li meta waslet, xi parroċċi kellhom jħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet, kemm fir-rigward ta’ postijiet biżżejjed fejn jiltaqgħu t-tfal, kif ukoll fin-numru ta’ katekisti mħejjija tajjeb biex jaqdu dan il-ministeru importanti.

Għal bosta snin, fil-biċċa l-kbira tal-parroċċi ta’ Malta u Għawdex, dak li konna nsejħulu “tagħlim tad-duttrina” kien fdat f’idejn is-Soċjetà tal-MUSEUM.  Iżda llum anke hawn qed jinħass sewwa n-nuqqas ta’ soċji u nafu li sfortunatament numru ta’ oqsma kellhom jiġu magħluqa.  Sintendi l-problema waqgħet f’riġlejn il-kappillan.

Iżda anke l-istess ġenituri, li uliedhom waslu għall-età ta’ l-Ewwel Tqarbina jew tal-Griżma qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma’ numru ta’ diffikultajiet.  Il-ħtiġijiet tal-familji llum m’għadhomx dawk li kienu għoxrin jew tletin sena ilu.  Għandna numru sewwa minnhom fejn iż-żewġ ġenituri għandhom impieg u aktarx li sakemm jaslu l-omm jew il-missier lura d-dar, ulied ikunu għand xi nanna, li aktarx tkun toqgħod f’raħal ieħor.

Barra minn hekk, it-tfal infushom, wara l-ħin tal-iskola, illum spiss issibhom impenjati f’attivitajiet diversi, bħal sports, drama, etc.  U dan huwa tajjeb.  Għalhekk id-diffikultajiet li juru l-ġenituri biex jieħdu lill-uliedhom għall-katekiżmu huma ġenwini.  Mhux minnu li l-maġgoranza l-kbira tal-ġenituri ma jimpurthomx mill-formazzjoni reliġjuża tat-tfal tagħhom.

Fid-dawl ta’ dan kollu l-Knisja trid tfittex strateġiji u metodi ġodda.  Naf li xi parroċċi qed jaħsbu biex jibdew joffru lill-ġenituri l-possibiltà tas-Sunday School, dejjem jħallulhom l-għażla li jibqgħu kif inhuma.  Ċert li fil-bidu, anke din toffri diffikultajiet, imma jekk tkun mħaddma tajjeb taf tħalli ħafna frott, mhux fit-tfal biss, iżda anke fil-ġenituri u l-familji tagħhom.  Per eżempju, ma’ laqgħat ta’ Katekiżmu, nhar ta’ Ħadd tista’ tkun inkorporata anke l-Quddiesa, li fiha jkunu mistiedna jieħdu sehem anke l-ġenituri u membri oħra tal-familja.

Wasal iż-żmien li l-Knisja tinvesti bis-sħiħ fil-formazzjoni tajba tat-tfal, u dan kemm f’riżorsi umani kif ukoll riżorsi pastorali moderni oħra.  Irid ikollna edukaturi professjonali mgħammra b’mezzi moderni u b’ħafna ħeġġa.  Ma nistgħux nibqgħu kuntenti li r-rota għadha qed iddur.  Jista’ jkun li l-magna waqfet  jew waslet biex tieqaf u li llum għadna mexjin biss minħabba r-rankatura li ksibna bosta snin ilu.

Categories: Familja
  1. Ernest Vella
    October 14, 2011 at 5:04 pm

    Il-Museum ha jibqa joffri il-karizma tieghu ghal min hu interessat. L-iskuza li ghandna wisq x’naghmlu ma treggiex…ghax l-attivitajiet dejjem inzidu inzidu…ghax ma nghidux li ghaqdiet bhal tal-Museum ma napprezawhomx ghax jaghtu servizz b’xejn….Forsi wasal iz-zmien li jibdew jiehdu flus, bhal tal-privat, tan-nursery u l-bqija?

    Dwar l-eghluq ta’ xi centri, milli naf jien dawn inghalqu ghax mhux worthed tinvesti man power f’postijiet fejn m’hemmx tfal bizzejjed, li facilment bi transport jigu emalgamati. Ghax ma nghidux li hawn min ghandu cans lit-tfal jehodhom kullimkien imma ghax il-katekizmu nibdew ingibu l-iskuzi tal-boghod etc etc.

    Drajna hajja nisranija komda….imma r-realta ma tghidx hekk…ghax tghix ta nisrani tfisser sagrificcju. Jiena nibghad lit-tfal tieghi il-Museum, u dejjem katekisti mill-ahjar kien hemm. Tieghi mmorru l-futbol…ghandi l-kbir ghal Grizma u lil kowc wasal qallu, li l-Hamis jitlaq ftit qabel minhabba l-Muzew….intlahhaq kompromess…Nirringrazzja lis-Socjeta tal-Museum u l-nies ohra li bla interessi ta xejn qed jaghmlu din il-hidma ghal gid biss tal-Knisja u ta uliedna.

  2. Robert Gauci
    September 4, 2011 at 3:15 pm

    Faith is caught and not taught.

    Dan il-principju esperjenzah kull wiehed minnha u jaf x’fissret ghalih biex kiber fil-fidi. Ghalija tfisser prijorita’ – jigifieri jekk il-formazzjoni ta’ uliedna hija prijorita’ infittex ambjent fejn naf li l-fidi ha tigi mghoddija. S.Gorg Preca iwissi li m’hemmx taghlim fejn m’hemmx kultura ta’ taghlim; bl-istess mod il-fidi tehtieg thejji u tikkultiva ghaliha u trid hafna zmien. Jigifieri hija decizjoni importanti dik tal-familja li taghti prijorita’ lit-tfal fil-katekezi u l-formazzjoni taghhom. Ambjent tajjeb jiswa’ ghall-hajja.

    Ix-xhieda tal-fidi trid tinghadda bir-regolarita’ kemm fit-taghlim u bl-ezempju. Jigifieri dan mhux argument li taghmel katekezi il-Hdud jew darbtejn fil-gimgha. Lanqas ta’ kuljum jaf ma jhalli frott. Jien training kelli meta kont zghir u naf x’jigifieri ghax il-Hadd filghodu dejjem b’xi tournament tal-futbol kont. Minn naha tieghi li kelli dejjem il-museum bhala ambjent stabbli u regolari b’katekist li kien dejjem available ghalija anke jekk f’xi uhud tal-granet ma stajtx minhabba studju jew training dejjem kienet ghajnuna u punt ta’ riferenza ghall-fidi tieghi. Filwaqt li kelli bzonn hin stabbli ta’ ftit u kuljum ghall-istudju u ghat-training biex nizviluppa l-kwalitajiet akkademici u sportivi, fuq l-esperjenza personali nissuggerixxi hin stabbli ta’ ftit u kuljum ghat-trawwim tal-fidi.

    Il-fidi hija hajja u tinqasam fi grupp stabbli, fejn l-adoloxxenti ihossuhom komdi li jaqsmu esperjenzi ta’ dak li ghaddejin minnu wara li jkunu kuntenti fil-grupp. Ghalhekk huwa essenzjali li t-tfal jipprattikaw il-fidi taghhom f’ambjent nisrani u b’attivitajiet varji. Il-loghob qabel id-duttrina/katekizmu huwa essenzjali biex katekist jifhem lit-tfal u jikkoregihom jew jinkoraggihom. Il-passiggati u attivitajiet ohra jghinu biex jinholoq is-sens ta’ grupp, iqieghdu fil-prattika dak li tghallmu u joholqu hbieb li huma wkoll kattolici prattikanti u b’hekk din il-fidi li tkun inbniet tibqa’ tigi mrawwma fi hbiberija meta t-tifel jikber f’zghazugh u adult. Ghalhekk il-formazzjoni tal-fidi mhiex kwistjoni sa 12 il sena imma ghandha tibqa’ tigi imhegga wara l-grizma ghax dak l-ambjent u l-grupp li trawmu fih jibqghu punt ta’ referenza tul l-adoloxxenza u z-zghozija.

    Aktar mhu qed jghaddi z-zmien aktar qed ninduna kemm il-gurnata tal-Hadd mhiex il-gurnata addattata ghall-katekezi tat-tfal. Il-jum tal-Hadd qed ikun prezzjuz biex tal-inqas darba fil-gimgha il-familja tkun flimkien. Nahseb li nkunu qed naghmlu zball jekk f’dik il-gurnata nobbligawhom li nehdulhom nofs ta’ nhar ghall katekezi. Tafu bhali meta tigi sfurzat jew obbligat, la titghallem ahseb u ara kemm titrawwem fil-fidi! Apparti dan, il-prijorita’, ir-reglorita’ u s-sens tal-grupp tant mehtieg ghal-etajiet ta’ wara l-grizma bhala kriterju ghat-trawwim tal-fidi ma jkunx hemm cans ghalihom. Nahseb jekk nibqghu nahsbu b’dan il-mod il-katekezi ghat-tfal se nibqghu mhux biss kif konna imma ghar ghax nirragunaw b’taught faith and not caught faith.

    L-adoloxxenti u z-zghazagh aktar ma jikbru aktar jehtiegu role models quddiemhom u jghixu f’ambjenti fejn ma jiddependux mill-genituri taghhom. Il-fidi tigi mghoddija meta hija decizjoni taghhom li jappartjenu fil-grupp u jiffrekwentaw b’regolarita’ minn jeddhom u mhux ghax sfurzati. Ghalhekk bdejt billi ghidt li ambjent tajjeb fil-bidu hija prijorita’ u jiswa ghall-hajja. Nahseb li permezz ta’ dan nistghu naslu ghat-twegiba tal-Papa Benedittu XVI meta indirizza liz-zghazagh ricentement u ghamlilhom challenge biex il-fidi taghhom tkun matura aktar mill-generazzjoni ta’ qabilhom.

    Faith is caught and not taught.

  3. Carmen Baldacchino
    July 1, 2011 at 4:20 pm

    Hafna mit-tfal li jaghmlu l-Grizma ta’ l-Isqof ma kienux jibqghu jattendu ghall-klassijiet tal-katekizmu bir-rizultat li meta jaslu ghaz-zwieg jkunu kwazi ma jafu xejn specjalment dawk li bil-kemm jipprattikaw il-fidi taghhom bit-talb u s-smiegh tal-quddies.Ghalhekk huwa tajjeb li ghallinqas jibqghu jattendu sa’l-eta’ ta’ tnax il-sena.It-katakezi ghandu jkun f:’post wiehed u fl-inqas hin possibli ghar-raguni li mhux kulhadd ghandu trasport u minhabba il-fatt li t-tfal ikoolhom hafna studju x’jaghmlu.

  4. Cheryl
    June 30, 2011 at 8:45 pm

    Minn ricerka li ghamilt, il-genituri qaluli li biex tkun ghazla hielsa tat-tfal, l-eta’ jmissha tizdied ghal tmintax-il sena… Kien hemm numru ta’ katekisti li qaluli “dak li jinzara meta jkunu tfal, xi darba jerghu jirritornaw ghalih,” u allura ma qablux li l-eta’ zdiedet…

    Il-mistoqsija tieghi hi: “xi prezz qed inhallsu ghall-fidi taghna?” Il-Misilmin li jsiru kattolici, jaghmlu dan bil-prezz li jekk jinqabdu, jistghu jinqatlu… … … Xi prezz qed taghti tarbija li giet mghammda? U l-genituri, jafu li qed jikkonsagraw lit-tarbija taghhom lil Alla? Li issa “m’ghadhiex taghhom” aktar imma offrewha lilU? Fiz-zwieg sagramentali, il-koppja taf li z-zwieg m’ghadux aktar taghhom, imma gie kkonsagrat b’ghazla hielsa ghal dejjem lil Alla u li issa, l-ghaqda taghhom qed tirrifletti l-ghaqda Trinitarja li ma tinhall qatt? Il-Grizma, jafu li hija s-sigill, li wiehed jikkonferma li hu proprjeta’ ta’ Alla ghall-qadi tieghU u tal-Knisja l-Gharusa tieghU? Jien il-Grizma inqabbilha maz-zwieg mistiku bejn l-Ispirtu s-Santu u l-persuna – hu sigill; rabta ghal dejjem… u sagrament bhal dan ghandna nqassmuh kif gieb u lahaq lil min mhux jifhem is-sinifikat tieghU?

    Inhoss li wasal iz-zmien li s-sikrana u l-qamh ma jibqghux jingabru fi xkora wahda… Min irid isir verament ta’ Kristu, jasal irodd lura l-prezz li Kristu nnifsu offra ghalih – b’hajtU. U ghalhekk mhux se jara zejda li jmur ghad-duttrina / katekezi sahanstira wara l-iskola u x-xoghol anke jekk dawn isiru tailor-made skont il-bzonnijiet u l-hinijiet tal-persuna. Nemmen li s-sagramenti kollha ghandhom jinghataw lill-adulti biex tinqata’ l-idea li s-sagramenti huma tradizzjoni u folklor… u tinqata’ l-idea li huma “cheap” ghax jitqassmu lil kulhadd. L-opinjoni tieghi hi li min irid ikun nisrani, ha jkun nisrani b’ghazla ghax irid jiltaqa’ verament ma’ Gesu’ u jibni rapport serju ta’ intimita’ mieghU. Biex isehh dan, irid ikun hemm ukoll katekisti li jxaqilbu lejn “diretturi spiritwali” li kapaci jwasslu persuna biex thejji ruhha ghad-disponibilita’ lejn din ir-relazzjoni ma’ Gesu’.

  5. Karl Frendo Cumbo
    June 29, 2011 at 10:08 am

    Jien naqbel hafna li zdiedet l-eta…u nemmen li ghandha tizdied iktar. Ovvjament ma dan jigu iktar strategiji godda, pero nemmen li rridu naslu fi zmien fejn min jaghmel il grizma ikun adult jew kwazi, biex ikun jista jiddeciedi jekk iridx jimxi ma’ Kristu jew le! Ovvjament irid ikun hemm mod kif min ikun irird jaghmel il grizma jkun jista jiehu l-formazzjoni mehtiega li l-importanza taghha hija kbira.

    Prosit u grazzi tmur lil dawk kollha li jaghtu mill-hin taghhom biex jipprovdu formazzjoni lil haddiehor.

  6. Lynn McCormick
    June 28, 2011 at 1:23 pm

    Jiena naqbel ħafna mal bdil ta l-eta tal-griżma. Il-formazzjoni hija ħtieġa importanti ħafna daqs kull suġġett ieħor jew attivita oħra. Il-problema illi insib jiena hija dik illi il-ħajja qed tinbidel u għax it-tagħlim ta Kristu ma jinbidilx ma jfissirx illi mgħandux jinbel il-mod kif wieħed jagħdih lil oħrajn. Illum il ġurnata grazzi anki għall-istut ta formazzjoni l-istut kattoliku u s-segretarjat tal-katekeżi, hawn ħafna korsijiet u riżorsi illi wieħed jistgħa jgħamel. Ma nistgħux nippretendu illi niffurmaw lit-tfal u l-adolexxenti mingħajr formazzjoni kontinwa tagħna infusna.
    Jiena Youth Leader mhux katekista pero naħseb illi x-xogħol huwa l-istess iżda b-isem ieħor. Għadni kemm spiċċajt sentejn kors ta Adolescence and Youth Ministry li kienet esperjenza indimentikabbli fejn tagħllimt ħafna u ħafna affarijiet u fejn skomprejt inkun umli biżżejjed li nirrejaliżża li fadalli ħafna x’nitgħallem, u għalekk formazzjoni kontinwa.
    Nista’ ukoll nikkumenta li indunajna illi it-tranżizzjoni ta dawn l-adolexxenti mill-katekeżi tal-griżma għall-gruppi ta’ formazzjoni tal-adolexxenti qed tkun naturali ħafna u għalekk numru sabiħ qed jibqa jattendi ċ-ċentru.

  7. Wilma Scicluna
    June 23, 2011 at 12:03 am

    Jiena katekista tas-sitt sena tal-Grizma. L-attendenza tat-tfal matul is-sena kienet waħda tajba. Waqt il-lezzjoni it-tfal kienu jipparteċipaw bil-mistoqsijiet u esperjenzi li jiltaqgħu magħhom fl-iskola u fil-familja.
    Meta nistaqsihom fuq il-Quddiesa tal-Ħadd, xi wħud qaluli li ma jifhmu xejn minn dak li jkun qal is-Saċerdot. Ma nafx, forsi ma kienux attenti jew ma kienx qed jinteresshom. Id-diffikulta li nara hija li meta jkollna xi party jew ħarġa, il-klassi tiegħi ma tkunx trid titħallat mal-kumplament tat-tfal għax iħossuhom li huma kbar u mhux ta’ l-eta tagħhom.

  8. Lina
    June 22, 2011 at 9:57 am

    Meta il Grizma tal Isqof kienet issir ta 10 snin, xorta kien hawn it tgergir ghax dak iz-zmien kienu jkunu waslu ghall ezami tal Junior Lyceum. Issa jkunu form 1 jew f certi parrocci jkunu telghu form 2. Min ikun ghadu form 1, dak iz zmien ikunu ser jaghmlu l ezamijiet ta l ahhar tas sena, veru. Imma ghat-taghlim tal knisja dejjem insibu d iffikultajiet? Il passatempi bhal sports, kant, zfin – kollha nsibulhom hin. Ghall-attivitajiet religjuzi LE? Tista tinduna mir rizultat tar referendum. Imbaghad kulhadd jghajjat hu hu KATTOLIKU PRATTIKANTI.

    Il granet tat- taghlim tad durtina naqsu. Meta kelli tfal imorru l Museum kienu jmorru 4 darbiet fil-gimgha. Issa darbtejn biss qed ikollhom. Vera li tista ssir ta jumejn f’darba, imma it tfal nafu li m’ghamdomx sabar joqghodu bil qieghda ghal hin twil.

    Hag’ohra li nixtieq nara hi li t tfal li jkunu ser jaghmlu l PRECETT jigu mghallma l kliem tal quddiesa. Meta jirnexxilek tara tfal ghal quddiesa fil-granet ta wara l Precett, hadd minnhom ma jwigbu ghal kliem tas Sacerdot waqt il-quddiesa.

    Veru li tista ssir prova biex iz zghazagh li jkunu waslu ghal Grizma tal Isqof jibda jkollkom it taghlim il Hadd li jinkorpora anke l Quddiesa, pero nahseb li hemm ukoll insibu l iskuza li l Hadd il-familja ma tistax tohrog gurnata flimkien. S’intendi, jibda jkun hemm l-assenteizmu mbaghad. Forsi jista jsir li nofs i;l-parrocci d-dutrina issir is-Sibt u n nofs l iehor isir il Hadd . Skont fejn imorru l aktar tfal, issir il-gurnata tat-taghlim. Inkella kull parrocca issib il-gurnata li tghodd ghaliha.

    Meta s Sacerdot li jiehu hsieb Centru Pastorali go wahda mill-parrocci taghna u fejn il Grizma ssir fil harifa, qal lil genituri biex fuq bazi volontarja, jistghu jibghatu lit-tfal fis sajf biex ikollom xi laqghat. Mhux it-tifla garret, imma l Omm meta kien ghadha biss qalet lit-tifla. U wara kollox, il-genituri jkunu jafu li qedin f’post tajjeb, mhux quddiem xi computer u Alla biex jaf xi jkunu qed jaraw fuqu. Inkella jilghabu xi video games vjolenti jew quddiem it-tv.

  9. Claudio
    June 21, 2011 at 6:46 pm

    Huwa veru li ahna nitkellmu minn katekizmu ghat-tfal…pero’ ma ghandix dubju li hemm bzonn ukoll ghall-kbar. Cioe, li ahna nghallmu lit-tfal minghajr ma nghallmu lill-genituri taghhom nahseb li nkunu xi ftit zoppi! Ghaliex? Il-qofol huwa dak “l-ezempju”…min se jghaddi l-fidi lit-tfal?
    Ghalhekk, nahseb bhala Knisja, irridu nibnu qafas li jilhaq iz-zewg kategorijji. Illum wara li ghadda r-referendum, jidher car x’tip ta’ fidi ghandna…

  10. Sergio Portelli
    June 20, 2011 at 6:08 pm

    Jien nahseb li l-iktar haga importanti hi li ssir valutazzjoni serja u kritika tal-katekizmu li qed isir fil-MUSEUM u fl-iskejjel waqt il-lezzjonijiet tar-Religjon. Inutli niddiskutu l-logistika qabel ma naraw x’qed isir fir-realta’. X’tip ta’ taghlim qed jinghata fic-centri tad-duttrina u kif jaghmel lit-tfal Insara li jafu x’qed jaghmlu? Wasal iz-zmien li l-katekisti jkunu ppreparati b’mod akkademiku u jkunu wkoll impenjati b’mod full-time f’dan ix-xoghol, billi jaghtu lezzjonijiet f’postijiet differenti darba fil-gimgha. Mhemmx ghalfejn lezzjonijiet kwazi kuljum ghat-tfal kollha. Ahjar wahda tajba ta’ saghtejn bi break, darba fil-gimgha, anki s-Sibt wara nofsinhar jew il-Hadd filghodu. Lanqas mhemm ghalfejn wiehed jattendi bilfors il-katekizmu fil-parrocca tieghu. Jien kieku nippreferi nibghat lil uliedi ghal katekizmu maghmul sew f’parrocca ohra milli ghal lezzjonijiet bla kwalita’ fil-parrocca tieghi.

  11. Marie Seguna
    June 20, 2011 at 4:21 pm

    Interessanti ħafna din id-diskussjoni.
    Ta’ min jiġbed l-attenzjoni li fl-iskejjel ma tingħatax duttrina kif tiġi mgħallma fil-parroċċi, iżda tagħlim reliġjuż. Ma jfissirx li ma tingħatax formazzjoni, iżda l-katekeżi iżjed tingħata emfasi fil-kuntest tal-parroċċa. Għalliema tajbin u iffurmati għandna ħafna, kemm fl-iskejjel kif ukoll fiċ-ċentri tad-duttrina. Tajjeb li nużaw il-mezzi tal-komunikazzjoni bħala għodda u għajnuna fil-mod tat-tagħlim u naġġornaw ruħna kontinwament: kemm ġenituri kif ukoll għalliema.

    Naħseb li n-nanniet jagħtu sehemhom biżżejjed biex jgħinu lil uliedhom fit-trobbija tan-neputijiet biex inaqqsu l-piż minn fuq il-ġenituri li jsibu diffikulta’ biex jieħdu ħsieb lil uliedhom minħabba mpennji tax-xogħol, pero’ ma rridux ninsew li din mhux in-norma – jeżistu każi fejn in-nanniet ma jifilħux (jew mejtin) u ma jistgħux jagħtu daqqa t’id! Allura f’dan il-każ il-ġenituri ma jibagħtux lil uliedhom għat-tagħlim tad-duttrina? Fejn isibu ċans li jibaghtuhom għall-mitt elf ħaġa oħra wara l-iskola, ma jistgħux jagħmlu l-ħin għad-duttrina wkoll?

    Nemmen ħafna li l-ewwel għalliema tal-ulied huma l-ġenituri nfushom u għalhekk irridu ninvestu f-formazzjoni tajba tal-ġenituri l-ewwel u qabel kollox. Naħseb li rridu nagħtu l-importanza wkoll għal tagħlim ħolistiku tal-persuna u nifhmu fil-ħtieġa li l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix imma għandna nagħtu każ tal-ispiritwalita’ tal-persuna mill-mument tat-twelid tagħha. Ninnota ħafna ġenituri jpaċpċpu barra ċ-ċentri tad-duttrina jistennew lill-uliedhom – jista’ dan il-ħin jintuża tajjeb mill-kappillani u l-katekisti: jiġbru lill-ġenituri għal ftit tagħlim u formazzjoni biex ikunu jistgħu jimxu ma’ uliedhom fil-mixja tal-fidi tagħhom. Għandna ħafna ġenituri tajbin u li jridu jinvestu f’uliedhom (wara kollox huma l-futur tas-soċjeta’ tagħna) u naħseb li kull ġenitur jixtieq il-ġid lil uliedu. B’hekk nistgħu nixprunaw lura lil dawk li forsi birdu xi ftit mit-tagħlim Nisrani.

    Ma rridux nikritikaw biss iżda nħarsu fil-mera u naraw x’insarfu aħna l-ewwel, nissaffew u ngħaddu l-ġid tagħna lil ta’ warajna. Għandna nfittxu l-mezzi ta’ tagħlim li toffri l-Knisja u nkunu minn ta’ l-ewwel li ngħinu fejn jidħol it-tagħlim fi ħdan il-parroċċa.

  12. Paul Galea
    June 20, 2011 at 3:20 pm

    Tajjeb jingħad li l-argument li kien inġieb biex tgħola l-età tal-Griżma kien biex dawn it-tfal ikollhom żmien itwal ħalli jitgħallmu iktar il-katekiżmu. Madankollu, fl-artiklu ta’ hawn fuq qed jiġi suġġerit fost affarijiet oħra li jitnaqqas it-tagħlim tal-katekiżmu għal dawn it-tfal, minħabba d-diffikultajiet li qed jinqalgħu.
    Allura, ta’ min jikkonsidra jekk l-età tal-Griżma għandhiex terġa’ titniżżel għal dik li kienet qabel. Aħna nemmnu fil-grazzja tas-sagrament, u għalhekk bil-grazzja tas-sagrament tal-Griżma wieħed ikun jiflaħ jilqa’ għad-diffikultajiet li jiltaqa’ magħhom. Naturalment it-tagħlim tal-katekiżmu dejjem jista’ jitkompla wara l-età tal-Griżma. Fil-fatt, it-tagħlim tal-katekiżmu huwa dejjem meħtieġ matul ħajjitna kollha.

    Fl-opinjoni tiegħi it-tagħlim tal-katekiżmu m’għandux jitwaqqf mal-età tal-Griżma. Għal kuntrarju, it-tagħlim tal-katikżmu għandu jkun offrut ukoll għal etajiet ta’ wara l-Griżma, speċjalment bi tħejjija għall-għażla tal-vokazzjoni. Hemm bżonn kbir li jsiru tħejijiet xierqa għas-sagrament taż-żwieġ. It-tħejjija għas-sagrmanetr taż-żwieġ għandha tibda mill-età ta’ wara l-Griżma.

  13. Pauline Apap
    June 20, 2011 at 2:32 pm

    Tajjeb li qed tagħtu ċans lil diversi ndividwi li jesprimu l-opinjoni tagħhom. Naqbel ukoll li t-tfal jirċievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni meta jkunu ġo skola sekondarja għax ikunu ta’ eta’ akbar u aktar maturi. Iżda meta ssir bidla jeħtieġ li wieħed jippjana sew minn qabel biex id-diffikultajiet loġistiċi, numru ta’ tfal, katekisti, postijiet eċċ jiġu megħluba qabel jiġi mplimentat pass ġdid.

    Jien nemmen ħafna fuq il-prijoritajiet. Kif il-ġenituri jsibu ħin u l-ħtieġa li jibagħtu t-tfal għad-drama, football,pjanu, ballet eċċ li huma tajbin ħafna għall-iżvilupp fiżiku,soċjali u mentali hekk ukoll għandhom iħossu l-importanza u l-ħtieġa tal-formazzjoni morali u spiritwali ta’ wliedhom għax din tgħinhom jitilgħu ċittadini b’identita’ u b’valuri nsara ħalli jkunu kapaċi jagħżlu li jagħmlu t-tajjeb u jaħarbu l-ħażin.. Min irid isib il-ħin ifittxu.u jsibu.

    Irridu naċċertaw ruħna li l-għalliema kollha ta’ l-iskola Primarja u dawk tar-reliġjon fi skola sekondarja jafu s-suġġett sewwa u jkunu ppreparati sewwa għal dan is-suġġett. Hemm bżonn li jkunu għalliema dedikati u mpenjati u ta’ karattru morali tajjeb u jafu x’inhuma jgħallmu. Jeħtieġ ukoll li dawn jkollhom tagħlim u refresher courses regolari biex jaġġornaw ruħhom fit-tagħlim ta’ suġġett daqshekk importanti.. Ġo Malta ġa għandna xi skola/skejjel fejn il-ġenituri talbu li jħallu t-tfal l-iskola wara l-ħin biex bi ftehim ma’ l-għalliema tar-Reliġjon jitgħallmu l-Katekiżmu bi preparazzjoni għas-sagramenti u għall-ħajja. Jista’ jkun hemm għalliema iktar li joffru dan is-servizz fil-parroċċa fin-nuqqas ta’ Katekisti tal-MUSEUM u b’hekk ikunu ta’ sollev għall-kappillan.

    Tajjeb ukoll li minkejja li l-ġenituri jaħdmu huma u n-nanniet eċċ wkoll jżommu aġġornati mat-tagħlim tal-Katekiżmu u hemm bżonn isir mezz biex dawn jintlaħqu kemm jista’ jkun kmieni jew b’laqgħat jew b’emails. Rigward il-post tat-tagħlim tal-Katekiżmu l-aħjar jattendu fir-raħal/belt tagħhom iżda fejn dan huwa mpossibbli tajjeb li ż-żewġ laqgħat fil-ġimgħa li jkollhom, jattenduhom fl-istess post kemm għall-kontinwazzjoni kif ukoll għall-istabbilita’. Tittieħed l-attendenza u dawk li jfallu kapriċċożament jkollhom jattendu għall-lezzjonijiet li fallew fi żmien ieħor.

    Il-ġurnata tal-Ħadd aħjar tibqa l-ġurnata tal-familja.

    Nitolbu, ngħinu u naħdmu biex il-familja Maltija tgħożż u tgħix il-valuri insara li kienu tant għeżież għall-missirijietna.

  14. Victor Mifsud
    June 20, 2011 at 12:22 am

    Nahseb irridu nifhmu x’inhu l-ghan li nwasslu lit-tfal ikunu ippreparati bit-taghlim tal-ketekezi u ghaliex dan ser iwassalhom ghas-sagrament tal-Konfirmazzjoni (Grizma), u li dan ma jkunx biss semplici okkazzjoni sabiex naghmlu festinm jew ghax kulhadd qed jaghmel hekk. Ic-centru huwa t-tifel jew it-tifla u l-formazzjoni taghhom. Ma nahsibx li l-problema hija fejn tinghata l-katekezi u jekk tkunx il-parrocca jew fic-centru tal-MUSEUM, jew jekk twassalhomx in-nanna jew iz-zija ghax il-genituri m’ ghandhomx cans.
    Jien nahseb li rridu nharsu lejn it-taghlim tat-tfal u l-katekezi f’kull aspett fejn it-tfal qed jaghmlu kuntatt, kemm fil-familji stess, kemm fl-iskola, kemm fil-hin li jersqu lejn il-parrocca, u jekk imhajjrin li jmorru f’xi centru tal-katekezi. It-tfal tallum kapaci jixorbu kollox jekk l-informazzjoni hija pprezentata tajjeb u b/mod attraenti, ghax it-tfal tallum m’humiex it-tfal kif trabbew il-genituri taghhom jew nanniethom. Kif qed inhajjruhom ifittxu iktar taghlim u katekezi jekk diga’ ma jissaportux l-lezzjoni tar-religjon fl-iskejjel? Kif jistghu imorru fic-centri jekk lanqas il-quddiesa tal-Hadd ma jisbu attraenti? Il-metodu tat-taghlim u tal-katekezi irid ikun aggornat anke permezz tal-uzu tat-teknologija, u dak it-taghlim baziku li jibda fl-iskejjel ikun ikkomplimentat min ricerka u rizorsi ohra li ifittxu huma. Hemmhekk jidhlu l-katekisti u l-ghaqdiet tal-parrocci li jistghu joffru materjal (kemm kotba u esperjenzi) ghalihom. It-taghlim jista’ jinghata bejn l-ghalliem u t-tfal, bejn s-superjur (a) u s-socji, permezz ta’ korrispondenza on-line ladarba hemm dawn it-tip ta’ rizorsi.
    Nahseb ukoll li ikun xieraq li ikun hemm ukoll forma ta’ ezami jew kwestjonarju li jevalwa lit-tfal huma ippreparati tajjeb, flimkien ma rekord ta’ attendenza ta’ laqghat tat-tfal flimkien, u imbaghad jinghata c-certifikat. Mhux l-istess isir jekk per ezempju imorru ghall-lezzjonijiet tal-pjanu jew ‘ballet’, jew ta’ xi sport?
    Ejja niehdu l-katekezi b’iktar serjeta’ u ikollna tfal ta’ kwalita’ ahjar.

  15. Alfred Camilleri
    June 20, 2011 at 12:17 am

    Wisq nibża li m’hawnx biżżejjed katekisti preparati sewwa u addattati biex jagħlmu tfal ta’ din l-eta’. Nisuġġerixxi li jsir bħal ma jsir għal kors ta’ preparazzjoni għaż-żwieġ, jiġifieri li numru ta’ katekisti jingħataw taħriġ speċjalizzat, ikun preparat “handbook” ta’ gwida għall-dawn il-katekisti u anke “handouts” għat-tfal. Matul is-sena jsiru lagħqat ta’ formazzjoni u aġġornament għall-istess katekisti. It-tfal jkunu jistgħu jattendu fejn jridu, basta dejjem fl-istess post. Il-kriterji biex tifel/ tifla jkun jista’ jersaq għas-Sagrament tal-Griżma jkunu, fost oħrajn: l-attendenza regolari, parteċipazzjoni fil-festi prinċipali tal-Knisja (Milied, Għid l-Kbir, ġimgħa Ewkaristika u/jew forsi oħrajn). Naturalment jrid jsir xi forma ta’ asssessment (mhux eżami) fuq ix-xogħol li jkun għamel il-matul iż-żmien ta’ tħejjija. Li għidt mhux faċli għax il-katekisti jidħlu għall-impenn iebes u fuq tul ta’ żmien. Forsi wasal iż-żmien li jkollna katekisti professjonali ? L-iskejjel tal-knisja u gradwati fit-Teoloġija (mhux is-saċerdoti) jistgħu jiġu impenjati f’din il-preparazzjoni ?

  16. Simon
    June 19, 2011 at 11:43 pm

    Ma nahsibx li Sunday School hija s-soluzzjoni. Din l-idea qisha mfassla fuq dak li jsir barra minn Malta. Nahseb li fil-qasam fejn tidhol il-katekezi, pajjizi ohra ghandhom x’jitghallmu minna, u mhux bil-kontra. Jehtieg li dak li nemmnu fih naghtuh l-importanza li jisthoqqlu. Ma nahsibx li nkunu qed inwasslu messagg tajjeb, lanqas ma nkunu qed naghtu katekezi b’kontinwita, jekk inkunu qed nikkuntentaw bl-inqas, jigifieri b’katekezi ta’ darba f’gimgha. Jista jkun li f’certu lokalitajiet din tkun l-unika soluzzjoni, izda din ghandha tkun l-eccezzjoni u mhux ir-regola. Nemmen li ghandu jkun hemm minimu ta’ lezzjonijiet (jew minimu ta’ sighat ta’ katekezi, jigifieri l-attendenza) li t-tfal ghandhom jinghataw f’sena, u t-tfal ma jkunux jistghu jitilghu minn sena ghall-ohra, jew inkella jircievu s-sagramenti jekk ma jkunux attendew ghal dan il-minimu ta’ lezzjonijiet.

  17. Lucienne Pace
    June 19, 2011 at 9:59 pm

    Tajjeb li niftakru li s-sagrament tal-grizma huwa sagrament ta’ l-adulti u anke 12-il sena huwa kmieni wisq. Wasal iz-zmien li minflok ikollna il-kwantita’ jkollna l-kwalita’ – il-melh li jaghmel differenza. Jien nahseb li t-taghlim ghandu jkun ftit imma kontinwu. Ahjar darba fil-gimgha imma jibqa’ sejjer anke ghall-adulti halli ftit ftit tidhol l-ideja li l-edukazzjoni religjuza hija ghall-hajja. Tajjeb li naqghqdu wkoll il-volontarjat mal-preparazzjoni tal-Grizma bhalma jsir anke barra minn Malta. Ghandna nghaqdu dan it-taghlim mat-taghlim li jsir fl-iskejjel u izjed milli informazzjoni naghtu formazzjoni. Ahna poplu mohhna fl-ezamijiet. Ir-religjon ghandha tkun marbuta mal-hajja kollha taghna u mhux ma l-ezami – kemm fid-duttrina u kemm fl-iskola. Ir-referendu ta’ dan l-ahhar uriena kemm il-Maltin m’ghadhomx neccessarjament jaghmlu dak li tghid il-Knisja. Ejjew norbtu t-taghlim mal-hajja u mhux ma hafna informazzjoni. Jiena ghalliema tar-religjon u l-kotba tar-religjon mimlija informazzjoni l isuppost nghaddu lill-istudenti meta dawn mhux teologija shiha ghandhom bzonn imma evangelizzazzjoni. Ejjew ninvestu anke fi spiritual directors anke fl-iskejjel ghax hemm l-unika post li fadlilna s’issa fejn nilhqu z-zghazagh kollha. Spicca z-zmien li nistennew li ha jigi kulhadd il-Knisja. Hafna mill-istudenti la jmorru huma u lanqas il-familji taghhom.

  18. Joe Psaila Savona
    June 19, 2011 at 9:58 pm

    Ma nghidx li l-magna waqfet, imma zgur li waslet biex tieqaf. Ir-ragunijiet huma bosta, mhux l-anqas li it-tfal m’ghadhomx jiehdu dan it-taghlim mill-iskola, it-tfal iridu jlahhqu ma hafna attivitajiet extrakurrikulari u wkoll ghax xi genituri ma jhossux il-htiega ta dan it-taghlim. u mhux dejjem ikun it-tort taghhom – kas li jigi quddiemi dal-mument hu ta dik l-omm li hadet it-tifla taghha ghall-lezzjoni filwaqt li interrompit li kienet qed taghmel, 20 minuta tragitt, siegha stennija u 20 minuta ohra lura, u meta staqsiet lit-tifla x’tghalmet din qalet li gew moghtija stampa tal-bambin biex jaghtuha l-kulur !!!!
    Ukoll post u il-hin li tiehu quddiesa ghandi d-dubbju fuqhom. M’hemmx dubbju ghall-gid enormi li thalli quddiesa ghal min ikun ippreparat ghaliha, imma li il-hin ta katekezi jittihed minn quddiesa meta dawn it-tfal ghadhom ma gewx esposti ghal affarijiet aktar bazici, ma naqbilx,

  19. Josephine
    June 19, 2011 at 9:54 pm

    Jiena nhoss li meta t-tfal kienu jaghmlu l’grizma ta 11 il-sena, izjed kienu jattendu ghall-lezzjonijiet tad-duttrina. Ta 13 il-sena, jkunu il-Junior Lyceum jew skola sekondarja, izjed ikollhom x’jistudjaw, min imur drama, sports u hafna attivitajiet li sfortunament izjed jiehdu pjacir bihom milli jattendu ghall-lezzjonijiet tal-katekizmu.

  20. Jane Attard
    June 19, 2011 at 9:31 pm

    Ghalkemm naf li tibdil jista johloq problemi ta; l éta , hinijiet ta’taghlim, etc; izda l’importanti hu li dawn it tfal
    ikollhom taghlim li jaghrfu ghal x’hiex dehlin.
    1. Taghlim dwar il- kelma t ”ALLA..u l’qawwa ta’ L’- Ispirtu Santu .
    2.Katekisti lajci aggornati tajjeb li ghandhom esperjenza ta relazzjoni ma’Gesu permezz ta’ Iskrittura.
    3 Niformaw lil – genituri u parrinijiet ,biex jaghrfu ir – responsabilta li jkomplu jiformaw li- tfal anke wara l’konfermazzjoni.

  21. Rosann Debono
    June 19, 2011 at 9:29 pm

    Kemm hi haga sabiha li naqsmu l-esperjenzi taghna !

    Veru li fis-sena tal-Grizma hi ‘l aktar li jattendu t-tfal imma kemm ghandhom bzonn li jibqghu sa tnax il-sena. Fis-sena tal-Grizma ikunu Form 1, fi skola gdida, ma tfal godda, f’ambjent u sistemi totalment godda. Il-ftit hin li jigu ghall-katekizmu jkun mument fejn jirrilassaw mit-tenzjoni ta’ din is-sena ta sfidi kbar, msieken, minbarra l-ambjent difficli fid-dar fejn jistghu jkunu ghaddejjin minnu u l-bidla fizika. B’hekk ikunu ‘hyper’, kif jghidu huma stess !In-naqra li jigu sservihom kif jitghallmu l-‘etiquette’ mill-qalb ta’ Gesu

    Mill ftit esperjenza bhala katekista tat-tfal tas-sitt sena, nara li ppressati bis-‘syllabus’ ghax it-tfal mohhom biex jimluh, avolja b’ortografija li ma tiftehimx.

    ‘L aktar haga li mmpressjonatni waqt li nisperimenta liema stil ta’ lezzjoni li ‘l aktar li jibqghu attenti hi: Il-qari ta’ silta mit-Testment il-Gdid, dwar l-esperjenzi ma’ Gesu (ttajpjata fuq karta mhux moqrija mill-ktieb tal-Bibbja); wara nipparagunaha mal-ambjent tat-tfal, insaqqsihom u x’taghlima niehdu minnha…..Ezatt wara, kif ikunu ghadhom fil-ferh u l-imhabba ta’ Gesu, nohodhom quddiem Gesu Sagramentat fil-Kappella, u nintefghu fuq tapit quddiemU. Dak il-hin nibda’ nitkellem ma Gesu fit-tieni Persuna (u din timpressjonahom wisq lit-tfal), u tarahom johorgu b’tifhir u talb, avolja ghall-ewwel jisthu, imma kif jaraw lil katekista titkellem ma Gesu, timmarveljahom u jigu jghidulek thank you.

    Din is-sistema irnexxiet hafna, imma impossibbli naghmilha f’kull lezzjoni kif nixtieq, minhabba li rrid inlesti l-kotba….kieku minni fuq hekk niffoka — Il-Kotba mqaddsa u L-Adorazzjoni.

  22. Helen DeBattista
    June 19, 2011 at 8:30 pm

    Jiena certa li jekk in-nanna tkun available ghal hin tal-katekizmu it-tfal jistghu jintbghatu fil-post fejn toqghod hi. L-aqwa li t-tfal jiehdu t-taghlim mehtieg ghas-sagrament li jkunu ser jircievu. Fil-parrocca taghna ghandna katekisti aggornati hafna ghaliex hadu l-korsijiet li kienu provduti mid-djocesi. Jiena nahseb li Sunday School ma tkunx popolari ghaliex il-Hadd illum hija l-gurnata meta jkunu jistghu iqattghu gurnata flimkien il-genituri u t-tfal peress li matul il-gimgha il-genituri jkollhom hafna x’jaghmlu.

  23. Carmen Bonnici
    June 19, 2011 at 3:52 pm

    Filwaqt li hu minnu li nholqu diffikultajiet, inhoss li ghadu kmieni wisq biex wiehed jiggudika s-sitwazzjoni li nholqot. Jien naqbel li l-eta tal-Konfermazzjoni tkun tirifletti l-ideja li din hi sagrament ghall-adulti.
    Xi suggerimenti:
    1)Jsiru korsijiet qosra ta’ aggornament ghall-katekisti, specjalment dawk li mhumiex membri tal-MUSEUM (jien miniex membru tal-MUSEUM imma ghaqda ohra)
    2)It-tfal li qeghdin fil-5 u 6 sena tal-kors kateketiku jiltaqghu darba biss fil-gimgha (forsi ghal ftit aktar hin)
    3)Jigi rivedut il-kontenut ta’ dawn is-sentejn ghax mhux necessarjament qed jilhaq l-ghan li ghalih tfassal (issir aktar emfasi fuq it-taghlim dottrinali u nibbazaw aktar fuq il-Kotba Mqaddsa.)
    4)Ikun hemm aktar kuntatt mal-knisja istituzzjonali tal-lokal
    5) Isiru kriterji minn qabel dwar x’inhu mehtieg biex wiehed jigi accettat bhala kandidat ghall-Konfermazzjoni (b’hekk FORSI niehdu dan is-sagrament bhala pass decisiv fil-hajja ta’ min sa jircvih) p.e. attendenza regolari, kontenut li wiehed ghandu jkun jaf, participazzjoni fis-sagramenti u l-hajja tal-Knisja
    Ghandi tama li fis-snin li gejjin l-attitudni “negattiva” li hawn dwar l-eta tinbidel jekk naghrfu nuru l-vantataggi.
    Ma tantx naqbel mas-Sunday School ghax inhoss li l-jum tal-Hadd m’ghandniex inzidulu obbligi la ghall-familja u lanqas ghall-katekisti

  24. Joseph Huber
    June 19, 2011 at 12:24 pm

    Suggeriment li nixtieq naghmel rigward il-problema logistika hu li t-tfal ikunu jistghu jittiehdu ghall-lezzjonijeit tal-katekizmu anki fil-parrocci fejn ikunu joqghodu n-nanniet u fi tmiem il-kors jinghataw certifikat li jkun rikonoxxut halli l-kappillan tal-parrocca fejn huma domiciljati jkun jaf li ghamlu l-kors mehtieg. Naturalment l-ezami u l-formalitajiet l-ohra jridu bilfors isiru fil-parrocca fejn wiehed ikun joqghod.

    • Manuel
      June 19, 2011 at 3:01 pm

      Naqbel ma’ dan is-suggeriment li t-tfal ikunu jistghu jattendu f’parrocca differenti minn taghhom. Nahseb hawn parrocci li diga’ qed jaghmlu xi haga simili. Madankollu l-borma tkompli tithawwad meta dawn l-istess tfal isibu lilhom infushom, illum ghand nanna li toqghod f’rahal u ghada ghand zija li toqghof f’rahal iehor. Nemmen li t-taghlim, hu x’inhu, irid isir dejjem f’post wiehed.
      Dwar l-ezami ghandi dubju. L-ewwel: taghlim ta’ religjon ghandu jkun suggett ghal ezami? It-tieni: jekk isir ezami dan nahseb ghandu jsir fl-istess parrocca fejn sar it-taghlim. Wara ic-certifikat jigi prezentat fil-parrocca tat-tifel/tifla.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: