Home > Familja, Pastorali > L-eżempju tal-familji nsara huwa aktar urġenti llum minn qatt qabel.

L-eżempju tal-familji nsara huwa aktar urġenti llum minn qatt qabel.


“Fis-socjetà tagħna llum, il-preżenza ta’ familji Nsara eżemplari huwa ferm aktar urġenti minn qatt qabel.”  Dan stqarru l-Q.T.  Benedittu XVI  waqt l-omelija fil-quddiesa  f’Żagreb, fil-Kroatia nhar il-Ħadd, 5 ta’ Ġunju 2011.

Il-Papa, li kien fit-tieni jum tal- Vjaġġ Appostoliku f’dan il-pajjiż appella sabiex kulħadd jirrikonoxxi il-ġmiel, l-hena u x-xhieda taż-żwieġ nisrani u l-ħajja tal-familja; kif ukoll jiċħad is-sekulariżmu, il-kontraċezzjoni artifiċjali u l-koabitazzjoni bejn koppji mhux miżżewġa, għaliex dawn kollha jmorru kontra l-imħabba vera.  Huwa fakkar kif il-familja nisranija hija sinjal speċjali tal-preżenza u l-imħabba ta’ Kristu u kif hija għandha kontribut speċifiku u uniku x’tagħti fl-evanġeliżazzjoni.

F’diversi mumenti matul id-diskors tiegħu quddiem folla ta’ madwar 400,000 persuna, il-Papa deher emozjonat u dan ifakkar ukoll f’diskors li huwa kien għamel  ftit aktar minn sena qabel f’Malta, li fih kien qal li bħala poplu aħna għandna nkunu kburin li pajjiżna jiddefendi t-trabi mhux imwiedla u jħeġġeġ ħajja familjari stabbli billi jgħid “le” għall-abort u d-divorzju.

Id-diskors ta’ Benedittu XVI f’Żagreb sar eżattament ġimgħa wara r-riżultat tar-referendum Malti, u meta wieħed jiftakar li wieħed mis-segretarji privati tal-Papa huwa s-saċerdot Għawdxi, Monsinjur Alfred Xuereb, huwa diffiċċli timmaġina li l-Mexxej tal-Knisja Kattolika ma kienx infurmat bil-verdett tal-poplu Malti dwar id-divorzju. U għalhekk, jista’ jagħti l-każ li filwaqt li l-Papa kien qiegħed ikellem lill-poplu Kroat, f’xi ħin minnhom huwa ġab ukoll quddiem għajnejh lil dak Malti?

Categories: Familja, Pastorali
  1. Claudio
    June 19, 2011 at 1:52 pm

    Li wiehed jizzewweg hija vokazzjoni. Ghaldaqstant, wiehed irid japprezza li mhux kulhadd ghandu din il-vokazzjoni. Jien jiddispjacini meta f’jum il-vokazzjonijiet l-enfasi ssir biss fuq l-ordni Sagri. Illum aktar minn qabel irridu nfiehmu lill-poplu ta’ Alla dwar vokazzjonijiet differenti.
    San Golormu (Seklu 4) tkellem dwar il-genituri u xi affarijiet li tajjeb li jghixu.

    “Parents: create a serene and joyful environment, stimulate them to study and work also through praise and emulation, encouraging to overcome difficulties, foster good habits. Parents are the principal educators and first teachers of life.

    Lill-missirijiet qalilhom: “To fathers: may s/he (son-daughter) find in you her teacher and may s/he looks to you with the inexperienced wonder of childhood.  Neither in you (her mother) nor in her father should s/he ever see behavior that could lead to sin, as it could be copied.  Remember that you can educate him/her more by example than with words.”

    Il-mudell ghall-uliedna huma l-genituri…minn dan johrog li s-socjeta’ hi mibnija fuq il-familja. Skont l-ezempju u s-sahha tal-familja, jkollna socjeta’ b’sahhitha jew marida.

  2. Mansueto Zerafa
    June 13, 2011 at 11:29 am

    Prosit li poġġejtu dan is-suġġett fuq il-website. Wasal iż-żmien, li nħarsu lejn iż-żwieġ bħala sagrament. Għal ħafna, iż-żwieġ bħala sagrament ifisser biss li saret wegħda solenni ta’ mħabba bejn raġel u mara nsara, li hi kkaraterizzata minn unita, fedelta u indissolubilita. Iż-żwieġ bħala sagrament hu ferm aktar minn hekk. Bħas-sagramenti l-oħra, hu sinjal li jfisser il-ħajja ta’ Alla fina, il-ħajja tal-grazzja. Bħala sinjal effettiv, iż-żwieġ jagħti u jkattar il-grazzja ta’ Alla fil-miżżewġin insara. Bħalma bil-qadi tad-dmirijiethom, dawk li rċevew l-ordni sagri qegħdin jitqaddsu huma stess, hekk ukoll, u xejn anqas, il-miżżewġin insara qegħdin jitqaddsu bil-qadi ta’ dmirijiethom bħala miżżewġin u fil-familja. Dawn id-dmirijiet jagħtu ħafna sodisfazzjon lill-miżżewġin, iġibu wkoll tbatija, qtugħ ta’ qalb u weġgħat f’għad ta’ waqtiet matul ħajjithom. F’dan kollu, il-miżżewġin insara, li jemmnu li s-sagrament taż-żwieġ laqqagħhom mal-Mulej Ġesu, mhux biss darba meta kienu fuq l-artal, imma matul il-ħajja tagħhom kollha bħala familja, Is-sagramenti huma laqgħa ma’ Ġesu, u fiż-żwieġ aħna nistiednu lil Ġesu biex jiġi jgħix f’darna, jaqsam magħna il-ferħ u niket, is-sodissfazzjon u l-problemi. Mhix xi ħaġa faċli, imma żgur hi esperjenza sabiħa.

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: