Home > Ġenerali > Iċ-Ċensiment tal-Quddies, hemm bżonnu?

Iċ-Ċensiment tal-Quddies, hemm bżonnu?


Ritratt Fotoforce

Ritratt: Fotoforce, Tarxien.

Għadu kif tħabbar illi f’Novembru li ġej ser isir iċ-ċensiment tal-popolazzjoni Maltija.  Soltu, fl-istess żmien, il-Knisja f’Malta tagħmel ukoll ċensiment tal-quddies ta’Ħadd. L-aħħar li sar kien f’Novembru 2005.

Minnu rriżulta illi sa dakinhar, 52% tal-poplu Malti u Għawdex kien għadu jiċċelebra l-Ewkaristija fi tmiem il-ġimgħa, fatt li meta tqabbel ma’ l-esperjenza li qed ikollha l-Knisja fl-Ewropa, kien meqjus bħala wieħed pożittiv. Mill-banda l-oħra l-isqfijiet xorta wrew it-tħassib tagħhom li matul l-għaxar snin li kienu għaddew miċ-ċensiment ta’ qabel, l-attendenza għall-quddies kienet naqset bi 11%.

Iċ-ċensiment tal-quddies huwa aktar minn sempliċi headcount u mir-riżultat tiegħu l-Knisja tista’ tfassal aħjar il-ħidma pastorali tagħha. Iżda fiċ-ċirkustanzi f’pajjiżna llum, l-aktar wara r-referendum dwar id-divorzju, għandu mnejn ikun hemm min iqajjem ċerti domandi.

Fit-tfassil ta’ pjan pastorali, liema riżultat jista’ jitkellem aktar ċar minn dak ta’ l-aħħar referendum?  Jew forsi huwa propju fid-dawl ta’ dak ir-riżultat li l-figuri li joħorġu miċ-ċensiment tal-quddies jistgħu jkunu nterpretati aħjar?

Iżda anke f’cirkustanzi oħra, ċensiment tal-quddies tal-Ħadd jista’ jitqies bħala termometru tajjeb li jkejjel is-saħħa reliġjuża u spiritwali ta’ poplu?

Liema strateġija pastorali tista’ titfassal mill-Knisja f’Malta, li ma tkunx possibli jekk iċ-ċensiment nibqgħu ma nagħmluhx?

Min-numri u mill-persentaġgi li joħorġu b’riżultat taċ-ċensiment, nistgħu nisiltu r-raġunijiet għaliex in-nies jattendu jew ma jattendux?  Nistgħu noħorġu konklużjonijiet dwar il-kwalità tas-sehem li qed jieħdu fl-Ewkaristija dawk li għadhom jattendu?

Ċert li minbarra dawn il-kunsiderazzjonijiet, hemm bosta oħrajn, uħud favur li jsir ċensiment u oħrajn kontra.  Izda inti x’taħseb?  Taqbel li għandu jerġa jsir iċ-ċensiment tal-quddies, jew le?  U għaliex?

Ħallilna kumment.  Napprezzawh.

Categories: Ġenerali
  1. Ernest Vella
    May 15, 2013 at 7:25 pm

    Dan kollu hassle zejjed ghax ic-Censiment ha juri li madwar 40% ghadhom jattendu l-quddies tal-Hadd. Ir-raguni hija ovja…il-bniedem aktar kemm ikollu progress iktar isir supperv. X’jiswa li l-Grizma ghada tinghata ta 12 il-sena. Il-Grizma trid idahhal lil min jaghmilha f’impenn u mhux tkun mezz biex biha jaqtaw il-kuntatt mill-Knisja.

  2. Joseph P. Tonna
    September 15, 2011 at 11:15 pm

    Naħseb li ċ-ċensimnt tal-quddies jista jkun ta’ gwida għal mexxejja tal-knisja. Jista jgħati l-kaz li jekk isir, ir-riżulta jkun li l-attendenza komplit tonqos. Il-bniedem sar indifferenti fejn tidħol ir-reliġjon. Qed ngħixu f’dinja materjalista, moħħna kemm sejrin ngħixu ħajja komda bla dbatija, nieklu tajjeb u niddevertu. Il-bniedem warrab l’Alla, anzi qiegħed jagħmel lilu nnifsu Alla. Jiena anki n-numru ta’ dawk li għadhom jattendu l-quddiesa tal-Ħadd, konvint li hemm numru ieħor minnhom li jattendu bi drawwa jew biex ma jagħmlux dnub. Ma jieħdux sehem attiv.

    In-nisrani konvint zgur li jħoss il-bżonn li jattendi l-quddiesa, biex jirringrazzja lil Alla ta’ kemm iħobbna, jagħmel tant ġid magħna kontinwament, u biex jipparteċipa fil-qsim tal-kelma t’Alla u fl-Ewkaristija. Ġesu’ tant ħabbna li baqa magħna fl-Ewkaristija, u ħallilna s-sagramenti l-oħra speċjalment ir-sagrament tal-qrar li jerġa jħabbibna miegħu. In-nisrani konvint, ta’ formazzjoni tajba jista jagħmel ħafna ġid billi bl-eżemphu tiegħu u bil-kelma tiegħu jipprova jkun xhud ta’ Kristu, u ma jibżax iwassal lil Kristu.

    Il-Knisja hemm bżonn li toħroġ tfittex il-nagħġa l-mitlufa. Is-saċerdoti flimkien ma’ lajċi ta’ formazzjoni hemm bżonn li joħorġu u jitħaltu f’ċerti postijiet bħal ħwienet u każini. Fil-bidu semmejna l-quddiesa. Il-quddiesa hija l-għola talba. Importanti li tieħu sehem attivi, fija kliem u talb milll-isbaħ, fuq kollox fil-quddiesa jiġġedded is-sagrifiċċju tal-Kalvarju.

    Raġuni oħra hija li ħafna mill l-imgħammdin għandhom formazzjoni reliġjuza fqira għax attendew għal ftit tagħlim sakemm irċevew l-ewwel sagramenti biss. It-tagħlim huwa mportanti, bħal l-ikel li nieklu biex ngħixu

  3. Dun Ġorġ Mangion.
    September 15, 2011 at 5:35 pm

    U kif infissru l-fatt li kull għaxar snin insibu 10 % inqas li jattendu? Jista’ jkun li mhu jsir xejn biex ifejjaq din it-tendenza ‘l isfel?

    Jiena nqis li akbar dnub ta’ David ma kienx li mtedd mal-mara ta’ Urija (2Sam, 11) imma meta għamel iċ-ċensiment (2Sam24), għax ir-rebħiet kienu ta’ Alla, mhux ta’ David u l-eżerċtu. U n-numri jagħtuna xi thejjija għandhom għall-ħajja ta’ fidi nisranija xi persentaġġ ta’ dawk li jattendu? Aħna se nieħdu kas tan-numri jew tal-kwalita’? Ma nafx. Skont x’irridu.

    Ma jkunx aħjar jekk flus u enerġija jintefqu f’katekeżi soda u serja lill-insara maltin, ibda minn dawk li jagħtu sehemhom u nsejjħulhom ‘lajċi impenjati’ u nagħmluhom ‘nies ta’ fidi’? L-istess bħalmeta nitkellmu minn ‘valuri insara’ flok nitkellmu minn ‘fidi awtentika li tmexxi l-ħajja’. Is-solidarjeta’ hi valur tal-Bibbja u nisrani, imma ma jipprattikawhx ukoll dawk li mhumiex insara?

    Il-katekeżi bil-Kelma ta’ Alla u s-Sagramenti li ngħixuhom fil-fond tal-qawwa tagħhom, dawn u dawn biss jistgħu jagħtu frott ta’ ħidma nisranija li tidher fil-mod ta’ ħajja li dak li jkun jgħix u għal liema ħidma jidħol, inkluż li jitlaq bil-familja f’art barranija biex hemm iħawwel il-Knisja.

    • Mario Mallia
      January 30, 2012 at 8:31 am

      Naqbel hafna ma’ Dun Gorg. Kull mhu se jghidilna censiment hu li id-dinja qed issir dejjem izjed indifferenti, addirittura ostili, ghall-hajja tal-Fidi. Irridu naccettaw li ahna “merhla ckejkna”, u ma nibqghux nippanikjaw ghax tonqos il-prattika relligjuza. Irridu ninsew in-numri, u nikkoncentraw fuq kif se nsahhu il-hajja spiritwali tal-poplu t’Alla, li f’pajjizna, bhal fil-bqija tal-Ewropa, huwa f’minoranza zghira. U dan jista’ jsehh biss permezz ta’ katekezi soda u kontinwa tal-adulti Nsara. U mela noqghodu naraw kif se nzidu l-attendenza fil-knejjes, qisna xi partit politiku. Ahna irridu nkunu l-hmira fl-ghagna tas-socjeta, mhux l-ghagna innifisha.

  4. Helen DeBattista
    July 31, 2011 at 9:13 pm

    Kif titwieled tarbija hawn Malta tista tgħid il-maġġoranza tal-ġenituri jgħammdu it-tarbija tagħhom, allura dawn l-Insara kollha għandhom fihom l-Ispirtu S-Santu. L-Ispirtu S-Santu jibqa fina tul-ħajjitna kollha tista tgħid għal dejjem anke meta ma nkomplux nipprattikaw ir-reliġjon Kattolika. Allura dan iċ-ċensiment għandu jsir għall-Maltin kollha u mhux għal min jattendi l-quddiesa tal-Ħadd biss. Għaliex? Għax fil-kwestjonarju għandu jiġi spjegat dan li għadni kif għidt, għaliex naf fiċ-ċert li ħafna kattoliċi dan ma jafuhx. Imbgħad taħt din l-ispjegazzjoni isir il-kwestjonarju ta’ jekk jattendux jew le għall-quddies tal-Ħadd. Jiena naħseb li jekk iċ-ċensiment isir b’dan il-mod nistgħu forsi nolqtu lil xi persuni li forsi dbegħdu mill-Knisja jew bi bruda jew b’xi affarijiet oħra li laqtuhom ħazin u kulltant ikunu inspjegabbli. Jiena nemmen li ċ- ċensiment huwa mportanti ħafna li jsir għax b’hekk il-Knisja f’Malta jkollha stampa ċara ta’ x’inhu jiġri fir-reliġjon tagħna u iktar importanti għaliex.

  5. Joe Camilleri
    July 14, 2011 at 8:53 pm

    Jekk jigri kif gara wara c-censiment tas-sena 2005, meta ma ssarrafx f’konkluzjonijiet konkreti, jigifieri ma ttiehdet l-ebda inizjattiva biex l-affarijiet jirrangaw, allura ahjar ma jsir xejn, ghax iservi biss biex noqoghdu nsawtu lill-Knisja.

    Joe Camilleri

  6. natmuscat
    June 20, 2011 at 5:07 pm

    Fiz-zmien meta l-quddiesa tal-Hadd kienet espressjoni ta’ konvinzjoni nisranija, billi sempliciment nghoddu kemm nies kienu jiehdu sehem fl-ewkaristija konna nsiru nafu diversi affarijiet.

    Fi zmien meta numru sostanzjali ta’ nsara li jipprofessaw rwiehhom konvinti izda ma jiehdux sehem fl-ewkaristija, ir-rizultat tac-censiment jurina ftit wisq dwar ix-xena nisranija Maltija.

    Censiment illum ghandu jaghtina idea aktar cara mhux biss dwar kemm, imma aktar importanti dwar min u ghaliex qieghed jiehu sehem fil-quddies.

  7. Claudio
    June 19, 2011 at 12:38 pm

    Censiment huwa xi haga bzonnjuza. Naqbel ma Fr Galea li ghandu jsir akta ta’ spiss. Nemmen li huwa mportanti li jkollna ‘l-polz nisrani’ l-hin kollu biex inkunu nistghu nattwaw evangelizzazzjoni kontemporanja. Kemm JPII u Benedittu XVI jishqu fuq l-importanza tal-evangelizzazzjoni u allura l-Knisja hemm bzonn tkun taf dak li ghaddej mill-poplu ta’ Alla.

    Dwar il-liturgija hemm diversi aspetti x’nista nghid. L-ewwel haga hi li hemm bzonn ta’ katekezi kontinwa lin-nies u certu affarijiet li VAT II ried nibdew ninplimentawhom.

  8. Manuel
    June 18, 2011 at 4:52 pm

    Jiena qabel inwiegeb “iva” jew “le”, nistaqsi, x’irridu nfittxu l-ewwel, kwantita’ jew kwalita’? Jalla jkollna t-tnejn. Imma x’tiswa li jkollna l-knejjes ippakkjati jekk il-hajja barra l-knisja mhix immexxija minn dak celebrat fil-knisja?

    Ghandi wkoll dubju serju dwar ir-relevanza tar-rizultat li johrog mic-censiment. Jekk niftakar x’sar fil-passat, dan ikun moghti dejjem bhala persentagg tal-popolazzjoni kollha. Illum nafu li f’din il-popolazzjoni hemm numru sewwa li mhumiex Kattolici. Hemm dawk minn denominazzjonijiet ohra. Hemm Musulmani. Hemm il-komunita’ Lhudija. Hemm gruppi u setet ohra. Hemm dawk li ghalkemm mghammda fil-Knisja Kattolika, rrinunzjaw ghall-fidi taghhom. M’ghandix figuri, imma cert li dawn kollha fsalt mhumiex numru zghir. Allura nistaqsi, x’jiswa rizultat li jaghti persentagg ta’ attendenza minn popolazzjoni shiha, inkluz ukoll dawk li ma jemmnux jew ihaddnu twemmin iehor? Ghadna noholmu li l-poplu Malti huwa mija fil-mija Kattoliku?

    Nistaqsi wkoll, x’jiswa li nkunu nafu li tant fil-mija qed imorru l-quddies. Liema pastorali se tuza l-Knisja li minghajr dawn il-figura ma tistghax tapplikha?
    Il-Knisja trid tkellem lill-persuna u mhux lill-folla. U f’dan is-sens, censiment jista’ jibghat messagg zbaljat. Anke qabel isir.

    • Marie
      August 1, 2011 at 8:20 pm

      Naqbel hafna ma’ dak li qed jghid Manuel u nahseb mhux il-kwantita’ imma l-kwalita’ ta’ dawk li huma verament Insara Kattolici li jghodd. Irridu noqghodu ferm attenti jekk isir censiment ghax jista’ johloq izjed dizgwid milli jaghmel gid – billi noqghodu nilghabu bin-numri mhux ser insolvu l-problema tal-bruda li tezisti – irridu nkunu ahna l-ewwel u qabel kollox, Insara ‘committed’ li nkunu xhieda ta’ dak li nemmnu u nwettqu fil-mixja taghna.

  9. Mansueto Zerafa
    June 15, 2011 at 11:03 pm

    Ċenssiment dwar l-attendenza tal-quddies tal-Ħadd hu għodda soċjoloġika. Trid issir fl-istess żmien taċ-ċensiment nazzjonali biex tkun tista tqabbel. Hekk sar għal għad ta’ drabi. Jekk ma jsirx din id-darba, nitilfu ħolqa minn katina ta’ informazzjoni siewja.

    Bħal kull għodda, l-importanti hu x’tagħmel biha. Ser inkunu nafu kemm nies jattendu l-quddies f’parroċċi oħra. Tgħid għaliex? jista iċ-ċensiment jinkludi mistoqsija dwar dan? Il-kawżi jistgħu ikunu ħafna; parking qrib il–knisja, saċerdoti li jiċċelebraw quddiesa bis-sens, servizz tal-qrar, ħinijiet konvenjenti, eċċ. Jekk ikun hemm statistika bħal din għal kull parroċċa, il-kappillani jkunu jistgħu jindirizzaw ir-realta li toħroġ mill-istatistika fil-pjan pastorali tagħhom.

  10. Raymond Portelli
    June 15, 2011 at 4:44 pm

    Unus Cristianus, nullus Cristianus.
    Statistiska tista’ tinġieb faċilment minn kull parroċċa u naħseb li jkun tajjeb li wieħed ikun jaf x’inhu jiġri, pero` mhux biss. Jeħtieġ li wieħed jeżamina l-problema aktar fil-fond u jsib l-kawza ta’ dak li qed jiġri. In-nisrani għandu jkun jaf għalfejn għandu jmur il-knisja jew jisma’ il-quddies. Wisq nibza’ li nisimgħu ħafna diskorsi, tagħlim, diskussjonijiet, indirizzi u priedki li mhu qed iwasslu l-ebda messaġġ jew jagħtu l-ebda sodisfazzjon lil min ikun preżenti. Il-knisja għandha, fl-opinjoni tiegħi, taħdem bis-sħiħ biex issir l-aqwa social network. Il-ħin mhu problema xejn għal dawk iż-żgħażagħ u l-adulti li jgħaddu dawk is-siegħat kollha quddiem il-kompjuter fil-facebook u l-programmi l-oħra kollha. Il-bżonn li jiltaqgħu ma` ħaddiehor qed jissodisfawh b’dan il-mod. Il-knisja għandha tahdem u tistudja kif dal-bżonn li jinsab f’kull bniedem tista` tużah biex bil-mezzi tal-lum twassal il-messaġġ tagħha u tressaq aktar nies lejn il-knisja.

    Raymond Portelli

  11. Thomas
    June 14, 2011 at 11:45 am

    Censiment iehor? In-numri huwa daqshekk importanti ghalina? U n-numri ma nafuhomx issa?

  12. Fr Joe Galea
    June 13, 2011 at 10:30 am

    Da zgur li hemm bzonnu. Fil-Germanja, kull sena f´Hadd minnhom isir count ta kemm nies imorru il-quddies dak in-nhar. Ghadni ma nistax nifhem ghala haga bhal din ma issirx f´Malta ukoll kull sena u mhux irridu nistennew 10 snin biex inkunu nafu kemm hi l-attendenza tal-quddies.

  13. GaetanoM
    June 13, 2011 at 10:02 am

    Nibda’ biex nghid li c-censiment tal-quddies qatt ma rajtu jaghti stampa ta’ religjozita’. Hafna nies li ma jmorrux il-quddiesa tal-Hadd qed jghixu hajja wisq ahjar minn xi whud li jmorru ghax ta’ bil-fors jew ghax taghmel dnub. ghalhekk bla ebda mod ma naqbel li bih tista’ titkejjel is-sahha religjuza tal-poplu.

    Biex in-nies ma tlnqatax jew tibda tattendi aktar il-quddies, l-ewwelnett il-quddiesa trid tkun celebrazzjoni ta’ ferh, (bhalma hawn xi sacerdoti li diga jaghmluha specjalment il-qassisin il-godda) u mhux xi haga monotona li hafna drabi x’hin tohrog mill-bieb tal-knisja, tista’ tghid; “Ghall-erwieh -attendejt ghas-Sagrificcju.” Huwa l-qassis li jqaddes li jrid jaghmel il-quddiesa celebrazzjoni ewkaristika ta’ ferh!
    Forsi xi ftit zbaljat, imma nasal biex nghid li xi nies tellaqnihom ahna mill-knisja ghax ma jsibu xejn u ma jhossu xejn li jattirahom fil-quddiesa!

    Kemm hi monotonija li l-quddies – kwazi kuljum inkluz il-Hadd u anke fil-quddiesa tal-Milied – sar qisu ta’ funeral, biex insejjahlu hekk. Wara r-radd tas-salib tisma’ l-qassis jghid l-isem tal-mejjet li ser joffri l-quddiesa ghal-ruhu, fit-talb tal-fidili (li hemm bzonn jimbidel minnufih) terga tisma’ l-isem tal-mejjet, u wara l-konsagrazzjoni.fit-talba Ewkaristika

    Xi nghidu dwar il-bzonn li n-nies tkun taf aktar x’inhi quddiesa? Li tifhem u tigi spjegata lilha li l-quddiesa mhux tismaghha imma tiehu sehem fiha

    Jien naqbel li jsir censiment minflok biex naraw in-numru t’attendenza, nisimghu dawk li ghadhom jattendu x’qed joghgobom, xi jdejjaqhom, x’jixtiequ u x’jafu dwar l-Ewkaristija. Fuq kollox tajjeb li mac-censiment isir studju minn naha tal-knisja biex tara ghaliex il-persentagg qed dejjem jonqos. Dan jistghu jghiduh l-ahjar dawk li m’ghadhomx jigu l-knisja.

    Grazzi

  1. No trackbacks yet.

Comment

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Google+ photo

You are commenting using your Google+ account. Log Out / Change )

Connecting to %s

%d bloggers like this: