San Marċel I 

January 16, 2017 Leave a comment

It-Tnejn 16 ta’ Jannar

“Itlob daqslikieku kollox jiddependi minn Alla.  Aħdem daqslikieku kollox jiddependi minnek.” Santu Wistin Read more…

Master plan għas-sena 2017

January 15, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Bdejna sena ġdida! L-2017! Mela s-Sena t-tajba lil kulħadd! Bħalissa qiegħdin ngħixu fi żmien fejn l-ambjent sar prijorità. Forsi, tgħidli, issa, wara li qridnieh? Imma issa ħallina mis-sarkażmu u ejja ħa ngħaddu għall-fatti tal-ħajja. U, fuq kollox, ta’ x’jista’ isir fiċ-ċirkustanzi. Read more…

Categories: Ġenerali

It-Tieni Ħadd ta’ Matul is-Sena

January 15, 2017 Leave a comment

Il-Ħadd 15 ta’ Jannar

“Is-saċerdoti rċevew qawwa mingħand Alla li la kienet mogħtija lill-anġli lanqas lill-arkanġli. Ingħad dwarhom: ‘Dak li torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u dak li tħollu, ikun maħlul.’ Il-mexxejja temporali verament għandhom il-qawwa li jorbtu, imma jistgħu biss jorbtu l-ġisem. Is-saċerdoti, għal kuntrarju, jistgħu jorbtu b’rabta li tappartjeni lir-ruħ infisha u tittraxxendi l-istess smewwiet. Ma tahomx (Alla) l-qawwa kollha tas-sema?… X’qawwa akbar minn din teżisti? Il-Missier ta lil Ibnu li jiġġudika. U issa qed nara lill-Iben iqiegħed din il-qawwa kollha f’idejn il-bnedmin. Huma ġew mgħollija f’din id-dinjità bħallikieku ġa jinsabu miġburin fis-sema.”
San Gwann Kriżostmu

San Feliċ ta’ Nola

January 14, 2017 Leave a comment

Is-Sibt 14 ta’ Jannar

“In-nazzjon mhux biss għandu bżonn dak li għandna. Għandu bżonn dak li aħna.”  Santa Tereża Benedetta  Edith Stein. Read more…

L-attitudni tal-paċi

January 13, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Is-Sena t-Tajba lil kulħadd! U, b’mod speċjali, lilek ħija, lilek oħti! Ir-raba’ numru issa dar! Arah! Minn sitta sar seba’! Addijo s-sena ta’ qabel. U merħba bik! għas-Sena l-Ġdida!

Il-bidla tan-numru taf tfisser ħafna affarijiet għal ħafna nies. Jiddependi minn dak li huma ħejjew u qegħdin jaspiraw għalih. Iżda fil-ħajja l-aktar affarijiet li huma tant meħtieġa għall-bidu ma jagħmlux ħoss. Għalkemm wara itarrxu kull m’hawn. Hekk, ngħidu aħna, ma tagħmilx ħoss li wieħed, minn persuna irrabbjata jibda’ jieħu lil ħaddieħor bil-ħlewwa. Anki jekk il-bidla, almenu f’dawk li jiġi f’kuntatt magħhom, tibda issir bil-mod. Iżda, meta jibda’ għaddej iż-żmien u dik il-persuna, għal raġuni jew oħra, ma tibqax tidher, kemm titla’ fil-wiċċ dik l-imġieba fejqana li tkun għaddiet lil ħaddieħor! L-istess bħal meta jmut xi ħadd li, ħlief ġid ma jkunx għamel. U wara, ma’ kull min tiltaqa’, arah isemmilek il-ġid li jkun għamel miegħu u magħha. Bħalissa jiġini l-eżempju mqaxxar ta’ ħija Patri Joe Saliba OFM Cap. Kemm ħabbhom lin-nies Joe! Read more…

San Illarju

January 13, 2017 Leave a comment

Il-Ġimgħa 13 ta’ Jannar

“Għallimna nagħtu u ma nikkontjawx il-prezz.” San Injazju ta’ Loyola

Hekk tagħmel l-omm. Hekk jagħmel kulmin verament iħobb. Ibati bla ma jikkontja l-prezz. Iħobb tassew min lest li jbati kemm hemm bżonn. Ir-rapport tal-bniedem li jkun iħobb tassew lil  Alla għandu din il-kwalità : li jkun kapaċi jsofri u jsofri bla ma jgerger u bla ma jqiegħed limiti. Aktar ma jħobb aktar ikun lest li jbati. Tereża ta’ Kalkutta tgħid dan fil-kelmiet : ‘Love until it hurts,’ Nitħabbtu biex ikollna dan is-sentiment ġenwin tal-qaddisin.

Eroj siekta

January 12, 2017 Leave a comment

Patri Mario Attard OFM Cap

Bħalissa tgħidx x’hawn tal-passa! Prattikament lil kull min tisma’! Il-virus tal-influwenza veru tost ħej! La għandu djar, uffiċċini inkella kunventi. Mgħaddas li hu jagħmel kullimkien tiegħu u jiknes lil kull min isib quddiemu!

Mela, biex naqtagħha fil-qasir, l-influwenza għoġobha żżur il-kunvent fejn ngħammar. Taf li lanqas ma kellha l-ħila tagħfas il-buttuna tal-intercom biex tara jekk għandniex pjaċir biha! Le! Ma tarax! It-tosta qabdet u telgħet iżżurna fil-kmamar tagħna. U sabitna kif sabitna. Bħalma sabet lili, li kont qed nitħejja ħa nissokta ħidmieti ma’ ħutna l-morda fl-Isptar Mater Dei. Read more…