Tista’ Tgħidli?

Din hija paġna li fiha  se nilqgħu domandi dwar temi reliġjużi.  Aħna nressqu dawn id-domandi lil persuni esperti fl-oqsma relatati u nagħmlu mill-aħjar biex nippublikaw it-tweġiba fl-iqsar żmien possibli.  Ma nkunux nistgħu nilqgħu domandi li jirreferu għal każi jew persuni partikolari.

  1. Joe Galea
    April 7, 2012 at 7:19 am | #1

    Tisma’ u ssegwi
    Skond il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, il-Liturġija hi l-”azzjoni ta’ Kristu sħiħ”. (KKK) Hija ”l-komunita’ kollha, il-Ġisem ta’ Kristu mar-Ras tiegħu”, jiġifieri ”l-poplu qaddis ta’ Alla”, li tiċċelebra. Għalhekk irid ikun hemm ”tisħib ħaj u attiv tal-fidili”. Minbarra l-lajċi li jintgħażlu biex jieħdu sehem fil-qari taċ-ċelebrazzjonijiet, hemm il-ġemgħa li, jew ikollhom il-messalin, jew isegwu fuq il-fuljetti li tipprovdi l-knisja jew kappella li tkun. Imma għad hawn min hu kontra din il-prattika. Veru li l-kelma t’Alla hi biex tismagħha, u mhux biex issegwiha, kif jirraġunaw xi wħud u ma jaċċettawx li fiċ-ċelebrazzjonijiet li jmexxu huma, in-nies ma jingħatawx l-opportunita’ li jsegwu fuq dawn il-fuljetti? Ftit spjega dwar dan tgħin għal iktar ”għaqda” li hi mixtieqa mill-veru sens tal-Liturġija.

    Joe Galea

  2. Joe Galea
    April 2, 2012 at 6:32 am | #2

    Missalin ghat-tfal
    Huwa inkuraġġanti li waqt il-Quddiesa diversi jużaw il-missalin ta’ kuljum. Min jaf kieku jsir missalin għat-tfal, għall-ħdud u għall-festi? Wieħed jista’ jieħu l-mudell tal-missalin li juzaw Franza, li fih il-qari, stampi, spjega ta’ xi kliem fl-istess qari u logħob marbut mat-tema li tkun. Fl-istess ħin hu għodda ta’ katekeżi. Hu missalin prattiku, kif wieħed jinnota fil-liturġija ta’ Ħadd il-Palm, li l-qari tal-Passjoni hu wieħed qasir, biex jintuża fejn issir Quddiesa immirata għat-tfal.
    Joe Galea

    • Dun Jesmond Manicaro, Segretarjat Liturgija.
      April 2, 2012 at 8:49 pm | #3

      L-idea hi sabiha ħafna. Il-problema hi n-nuqqas ta’ riżorsi umani biex jaħdmu fuq proġett bħal dan li jinvolvi grupp ta’ nies li kwazi jaħdmu full time. Nieħu gost nisma aktar kummenti dwar dan.

  3. Clint Abela
    September 1, 2011 at 8:00 am | #4

    Ghandna quddiemna realta’ li numru ta’ pre-adoloxxenti qed jitressqu biex jircievu s-Sagrament tal-Konfermazzjoni meta dawn ma jkunux attendew il-lezzjonijiet tal-katekezi fic-centru/Museum. Dan jimxi skont ir-regoli tal-Knisja? Ikun jaqbel perfettament ma’ dak li jghid l-Arcipriet minn fuq l-artal li dawn ikunu ppreparati sew?

    • Fr Ray Toledo, Segretarjat Parrocci.
      September 6, 2011 at 12:30 pm | #5

      Ir-responsabbiltà tat-tagħlim u formazzjoni Nisranija tat-tfal u l-pre-adolexxenti hija prinċipalment tal-ġenituri.

      Min-naħa l-oħra il-kappillan irid jipprovdi l-għajnuniet kollha biex jara li dan iseħħ ħalli b’hekk it-tfal u l-pre-adolexxenti jkunu preparati biex jirċievu s-Sagramenti fosthom is-Sagrament tal-Konfermazzjoni.

      Gieli jkun hemm sitwazzjoni fejn it-tfal ifallu minghajr raġuni valida għal perijodu twil ta’ żmien fejn il-Kappillan, wara li jkun ġibed l-attenzjoni tal-ġenituri jew ta’ dawk responsabbli li jekk it-tfal ma jattendux il-katekiżmu, is-sagrament ma jkunx jista’ jingħata għax ma jkunux preparati.

  4. Mary Muscat
    August 31, 2011 at 9:20 pm | #6

    Illum spiss nisma l-kliem, “evangelizzazzjoni u katekezi”. Tista tghidli jekk hemmx differenza bejniethom u jekk iva, x’inhi? Spiss staqsejt din id-domanda imma qatt ma rcevejt twegiba cara u konvincenti. Kultant nahseb li min juzhom ikun qed ifisser l-istess haga.

    • Dun Rene’ Camilleri, Segretarjat Katekezi.
      September 10, 2011 at 4:06 pm | #7

      Differenza bejn Evanġelizzazzjoni u Katekeżi
      Il-missjoni tal-Knisja li tevanġelizza toħroġ diġa mill-Vanġelu meta Gesu’ bagħat lill-Appostli biex ixandru l-Vanġelu. Il-Knisja tevanġelizza b’ħafna modi u lil diversi kategoriji ta’ nies. Anke fuq livell universali, ċioe’ lil nies li ma jappartjenux lilha bħala membri, il-Knisja twassal il-Bxara t-Tajba tal-Vanġelu b’mod ġenerali. Per eżempju l-Enikliċi tal-Papiet huma indirizzati lil kulħadd, inkluż lil nies ta’ rieda tajba. Anke meta aħna stess qed nitkellmu fuq programm tat-televiżjoni, jista’ jkun mezz ta’ evanġelizzazzjoni għax inkunu qed nitkellmu minn perspettiva tal-Vanġelu ta’ Gesu’ Kristu u mhux neċessarjament inkunu konxji lil min qed nindirizzaw jew min qed isegwina.

      Katekeżi hija xi ħaġa iktar speċifika u personalizzata. Tikkatekizza tfisser iddaħħal f’mixja ta’ fidi, fi proċess ta’ konverżjoni. Katekeżi tfisser tinżel iżjed fil-fond tal-messaġġ tal-Vanġelu biex kif jgħid San pawl tniżżel l-għeruq tiegħek fil-persuna ta’ Gesu’. Il-katekist hu dak li jintroduċi fil-ħajja nisranija u jsegwi f’mixja ta’ maturita’ nisranija. Il-katekeżi tapprofondixxi u tartikola anke f’duttrina jew tagħlim tal-Knisja dak li joħroġ mill-Vanġelu bħala Bxara Tajba għall-bniedem.

      Nistgħu ngħidu li l-Missjoni tal-Knisja li tevanġelizza hija mandat li l-Knisja rċeviet tibqa’ tħoss id-dmir tiegħu lejn l-umanita’ u lejn id-dinja in ġenerali. Bil-katekeżi il-Knisja tagħraf il-mandat tagħha li tagħmel dixxipli tal-Mulej. Għalhekk il-katekeżi hija mandat li joħroġ minn dak tal-evanġelizzazzjoni pero’ li huwa ferm iktar intiż biex lil min aċċetta l-Vanġelu, il-Knisja bħala komunita’ tiffurmah u twasslu jkun dixxiplu.

Leave a Reply

Fill in your details below or click an icon to log in:

WordPress.com Logo

You are commenting using your WordPress.com account. Log Out / Change )

Twitter picture

You are commenting using your Twitter account. Log Out / Change )

Facebook photo

You are commenting using your Facebook account. Log Out / Change )

Connecting to %s