Waqt ikla mal-Kulleġġ tal-Kardinali biex ifakkar is-seba’ anniversarju mill-bidu tal-Pontifikat tiegħu, il-Papa Benedittu XVI radd ħajr lill-eqreb kollaboraturi tiegħu għall-appoġġ tagħhom fil-jiem ta’ ferħ u anki f’dawk ta’ diffikulta, tul iż-żmien li ilu jokkupa l-kariga ta’ Papa, fis-Sede ta’ Pietru.
Il-Papa beda biex radd ħajr ‘l Alla għall-jiem ta’ ferħ u anki għal dawk li sejjaħ ‘l-iljieli mdallma’. Għadda biex jirrifletti dwar il-preżenza tal-ħażen fid-dinja: “Nistgħu naraw kif il-ħażen qed jipprova jiddomina d-dinja permezz ta’ kattiveriji u vjolenza, anki b’modi sottili ħafna fejn jippreżenta lilu nnifsu bħala t-tajjeb, pero li fl-istess waqt ikun ta’ ħażin li hu jeqred il-pedamenti morali tas-soċjeta”, qal il-Papa. Kompla biex fakkar fit-terminu antik ‘il-Knisja militanti’ u qal li llum hu meħtieġ li “niġġieldu kontra l-ħażen” u fisser li hu għalhekk bżonnjuż li “jkollna ħbieb li jappoġġjawna f’dan”. Ma naqasx milli jirrepeti l-kliem ta’ Kristu nnifsu meta qal, “Agħmlu l-qalb għax jien irbaħt id-dinja”. Temm jgħid lill-Kardinali li “aħna lkoll parti mit-tijm ta’ Kristu u għalhekk ilkoll għad inkunu rebbieħa”.
Ħajr: Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Arċisqof.
Ktieb ġdid dwar l-eretici ta’ żminijietna.
Ross Douthat, kattoliku u kontributur tan-New York Times, ħareġ ktieb bl-isem Bad Religion: How we became a Nation of Heretics, li għalkemm indirizzat lill-Amerikani, ħafna milli jgħid jgħodd għalina wkoll.
Il-mistoqsija li jipprova jwieġeb dan il-ktieb hija din: il-pajjiż qed iwarrab ir-reliġjon għal kollox jew qed ifittex setet u forom ta’ reliġjon xejn ortodossi?
L-awtur jgħid li r-reliġjonijiet, u s-socjeta, kif konna nafuhom qed jiffaccjaw il-periklu ta’ idejat li għalkemm ħerġin mill-Vanġelu, idawruh kif jaqblilhom u jieħdu minnu biss dak li jogħġobhom. Huwa juża l-kelma ‘eretici’ għax igħidu li jsegwu lil Kristu imma kif jaqbel lilhom. Jitolbu ’l Alla biex jagħtihom s-saħħa u l-ġid, imma jwarrbu dak li jitlob minnhom sagrificcju jew li joqogħdu lura minn certi prattici. Ġesu għalihom isir sempliciment wieħed minn tant għalliema oħra.
Read more…

Żewġ seminaristi, Luke Cutajar mill-Parroċċa tar-Rabat u Brian Gialanzè mill-Parroċċa ta’ Birżebbuġa, nhar is-Sibt 28 t’April fis-6.30 p.m. ingħataw il-Ministeru tal-Lettorat mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P., fil-Parroċċa ta’ San Piju X, Santa Luċija.
Bil-Ministeru tal-Lettorat is-seminaristi jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u waqt ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra. Huma ser ikollhom ukoll ir-responsabiltà li jxandru l-Kelma t’Alla permezz tal-katekiżmu kif ukoll waqt laqgħat oħra ta’ formazzjoni nisranija. Dan il-ministeru jingħata lis-seminaristi li jkunu waslu fil-ħames sena tal-formazzjoni tagħhom fis-Seminarju u għalhekk dan ikun pass ieħor li jkompli jqarribhom lejn id-djakonat u s-saċerdozju.
Il-Komunità tas-Seminarju tistedinkom biex tkomplu titolbu għal aktar vokazzjonijiet, b’mod speċjali għal dawn iż-żewġ seminaristi ħalli l-Mulej jagħmel minnhom rgħajja skont qalbu.
Il-Kardinal irtirat Giovanni Lajolo qal li d-dibattitu attwali fl-Istati Uniti dwar il-liberta reliġjuża għandu jispira lill-Kattoliċi fl-Ewropa sabiex jirsistu għal protezzjoni legali ikbar f’dak li jirrigwarda d-drittijiet tagħhom li joġġezzjonaw quddiem “normi leġislattivi li minħabba l-implikazzjonijiet morali tagħhom, huma f’kunflitt man-normi morali affermati uffiċjalment mill-awtoritajiet reliġjużi tal-individwu”. Il-Kardinal Lajolo, li kien President tal-Kummissjoni li tmexxi l-iStat tal-Vatikan, għamel ir-rimarki tiegħu f’taħdita fl-iskola tal-liġi fi ħdan l-Università Kattolika tal-Qalb Imqaddsa f’Milan.
Ħajr lil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Radju Marija.
This slideshow requires JavaScript.
Nhar is-Sibt 14 ta’ April 2012 filgħaxija saret ċelebrazzjoni fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta fl-okkażjoni tas-seba’ anniversarju tal-elezzjoni tal-Papa Benedittu XVI.
Fil-messaġġ tiegħu waqt l-okkażjoni, l-Arċisqof Pawlu Cremona saħaq fuq l-istedina li l-Papa kemm-il darba għamel lill-insara biex inkabbru l-ħbiberija personali ma’ Ġesu u napprofondixxu l-fidi tagħna permezz tat-tagħlim u tal-katekeżi.
“Ejjew nagħmlu minn kollox biex kull wieħed minna – fil-ħajja personali, fir-responsabiltajiet differenti li għandna, fil-kuntatti li jkollna ma’ tant persuni differenti – iżomm din il-ħbiberija ma’ Ġesu’ bħala d-dawl li tmexxih.”
Aktar tard fid-diskors tiegħu l-Arċisqof tkellem fuq l-imġieba u l-atteġġjamenti tal-membri tal-ewwel komunita Nisranija u kif din għandha sservi ta’ bażi għall-insara llum:
“Huwa ċar li l-membri tal-ewwel komunita’ Nisranija għarfu d-doveri li kellhom lejn xulxin. Kienu jwieżnu lil xulxin. Kienu jaqsmu l-ħajja tagħhom flimkien. Nistgħu norbtu din ir-riflessjoni ma’ wieħed mid-diskorsi reċenti li għamel il-Papa.”
Fl-aħħar tal-messaġġ l-Arċisqof talab għall-Papa Benedittu biex il-Mulej ikompli jagħtih id-dawl u d-dehen fil-qadi tal-missjoni tiegħu.
Ritratti: Photocity, Valletta
Nixtiequ nistednuk għal konferenza dwar il-koppja Maltija, Henry u Inez Casolani li għixu bħala “Qaddejja ta’ Alla fiż-Żwieġ u fil-Familja” u li bħalissa qed isiru tħejjijiet biex jekk hi rieda ta’ Alla tibda l-kawża għall-beatifikazzjoni tagħhom. Il-kelliem ewlieni se jkun is-Segretarju Pastorali, Monsinjur Charles Cordina. Ikun hemm ukoll esperjenzi personali mill-Kardjoloġista, Dr Robert Xuereb u mill-Avukat, Dr Christopher Gruppetta.
Il-konferenza tkun nhar il-Ġimgħa, 20 ta’ April 2012, fl-Auditorium tal-Istitut Kattoliku fil-Floriana u tibda is-7.00 ta’ filgħaxija. Kulħadd mistieden.
.
Nhar is-Sibt 24 ta’ Marzu ser jasal Malta l-Kardinal Joao Braz de Aviz, Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Ħajja Konsagrata u tas-Soċjetajiet ta’ Ħajja Apostolika. Il-Kardinal Braz de Aviz ser jiġi Malta fuq stedina tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri biex jiltaqa’ mal-patrijiet u s-sorijiet Maltin u Għawdxin. Din il-laqgħa ser issir nhar it-Tnejn 26 ta’ Marzu fil-5.00 p.m. fis-Sala tas-Sorijiet Agostinjani, Fleur-de-Lys.
Read more…
Matul l-2010 żdied in-numru ta’ Kattoliċi, djakni, saċerdoti u isqfijiet filwaqt li n-numru ta’ nisa msieħbin fl-ordnijiet reliġjużi kompla jonqos. Dan joħroġ minn statistika tal-Vatikan li tgħid li fi tmiem l-2010 l-popolazzjoni Kattolika madwar id-dinja żdiet bi 15-il miljun, jew 1.3%, li hi rata li tiżboq bi ftit it-tkabbir tal-poplazzjoni dinjija li hu stmat li kibret b’1.1%.
Read more…
Il-Papa jgħid li jeħtieġ li l-Kattoliċi u l-Anglikani jkomplu-jaħdmu għall-għaqda.
Ruma – Filwaqt li jiftakru fl-għeruq tal-Kristjaneżimu li hu komuni bejniethom, il-Kattoliċi u l-Anglikani għandhom iġeddu l-impenn fit-talb biex jaħdmu għall-għaqda fost l-Insara. Dan qalu l-Papa Benedittu XVI li flimkien mal-Arċisqof ta’ Canterbury Rowan Williams, mexxej spiritwali tal-Komnujoni Anglikana, fl-10 ta’ Marzu ċċelebraw il-vespri fil-knisja ta’ San Girgor fuq l-Għolja Celio, il-knisja li minnha, fis-sena 597, il-Papa Gregorju Manju kien bagħat lil Santu Wistin ta’ Canterbury flimkien ma’ erbgħin patri ieħor biex jevanġeliżżaw l-Ingilterra.
Read more…
Bomba fi knisja tħalli għaxra mejta.

Jos, in-Niġerja – L-aġenzija Reuters irrappuratat li minbarra l-10 minn-nies li nqatlu meta splodiet bomba ħdejn knisja f’Jos, fin-Niġerja, fl-istess jum mietu 10 oħra. L-attakk fuq il-knisja qanqal ritaljazzjoni minn-naħa ta’ grupp ta’ żgħażagħ magħrufin bħala “Kristjani Żgħażagħ” li minħabba fih mietu aktar nies. Is-setta iżlamika Boko Haram ħadu r-responsabbiltà ta’ din il-mewġa ta’ attakki bil-bombi fuq il-knejjes fin-Niġerja li ilhom sejrin minn żmien il-Milied. Skont l-aġenzija Reuters, matul l-aħħar għaxar snin Jos saret iċ-ċentru l-aktar milqut minn tensjonijiet bejn il-komunitajiet Insara u Musulmani tan-Niġerja. Mill-Milied ‘l hawn twettqu ħafna attakki bil-bombi fuq knejjes.
Read more…
Kummenti Riċenti