Din is-sena l-ordni tal-Benedittini għażel li l-fjakkola tal-paċi, tama u fraternita’, magħrufa bħala ‘L-Fjakkola Benedittina’, ċerimonja li ssir kull sena, tinxtegħel f’Malta. Sa mill-1964 il-fjakkola hija simbolu li jinġarr f’ pellegrinaġġ li jibda’ mill-belt magħżula u jintemm f’Monte Cassino (qrib Ruma) fis-santwarju ta’ San Benedittu.
Din is-sena l-Fjakkola Benedittina se tinxtegħel f’Malta mill-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. nhar il-Ħadd 4 ta’ Marzu waqt quddiesa li se jikkonċelebra flimkien ma’ Monsinjur Pietro Vittorelli, Arci-abbati ta’ Monte Cassino u Monsinjur Renato Boccardo, arċisqof ta’ Spoleto u Norcia.
Din il-quddiesa, li se tkun animata mill-Kor Benedittin ta’ Monte Cassino se ssir fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-5.30pm.
Wara li tintemm il-quddiesa, l-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi, se jilqa’ l-fjakkola fil-Berġa ta’ Kastilja, fil-Belt Valletta.
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar 2012 fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Għaxaq, filgħaxija ġiet iċċelebrata quddiesa li matulha żewġ seminaristi ntlaqgħu uffiċjalment mill-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bħala kandidati għas-saċerdozju. Iż-żewġ seminaristi, li bħalissa jinsabu fil-ħames sena tal-formazzjoni, huma Luke Cutajar mill-parroċċa ta’ San Pawl, ir-Rabat, u Brian Gialanze mill-Parroċċa San Pietru fil-Ktajjen, Birzebbuġa.
L-eżilju tagħna huwa dak kollu li jbegħdna minn Alla.
Meta tiddeċiedi inti liema huwa tajjeb jew ħażin bla ma tagħmel l-ebda rabta mal-Kelma ta’ Alla. Meta taħseb li f’ħajtek m’għandekx bżonn lil Mulej Ġesu u lill-Knisja. Meta tintilef fil-ġirja għall-affarijiet materjali bla ma tagħti każ l-etika u l-ġustizzja. Meta f’ħajjietna npoġġu fil-ġenb il-kmandamenti ta’ Alla.
Fil-Pastorali tar-Randan 2012, l-Isqfijiet jitkellmu dwar l-Eżilju tagħna fil-kultura.
STEDINA GĦAL LAQGĦA FIL-MONASTERU BENEDITTIN TAL-IMDINA
Barra mill-ħitan tal-monasteru, jgħixu lajċi, li fil-familji tagħhom, fuq il-post tax-xogħol fejn jaħdmu, fil-ħwienet mnejn imorru jixtru u f’kull post ieħor li jkunu tul il-ġurnata jgħixu l-Evanġelju kif iggwidati minn regola miktuba kważi ħmistax-il mitt sena ilu.
Nhar is-Sibt 18 ta’ Frar 2102 sar il-Konċistorju fejn il-Papa Benedittu XVI ħatar 22 kardinali ġodda. Fosthom kellna l-Eċċ.ża Rev.ma Mons. Prospero Grech O.S.A., Arċisqof Titulari ta’ San Leone li huwa t-tieni Malti maħtur Kardinal.
Intervista li saret ma’ l-Emminenza Tiegħu Prospero Grech wara l-Konċistorju:
Il-kummenti ta’ l-Isqof Mario Grech fuq il-ħatra tal-Kardinal Prospero:
Nhar il-Ħadd 12 ta’ Frar 2012 l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. iċċelebra Quddies għall-għarajjes li ser jiżżewġu fl-2012 fil-KonKatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Din il-Quddiesa ġiet organizzata mill-Moviment ta’ Kana.
Kummenti Riċenti