MERĦBA FIL-FORUM … Il-Blog tal-Laikos… » www.laikos.org

Periklu li tintefa l-fjamma tal-fidi.

F’partijiet kbar tad-dinja l-fidi għaddejja mill-periklu li tintefa bħal fjamma li qed jispiċċalha il-fjuwil. Qegħdin niffaċċjaw kriżi profonda ta’ fidi u telfien tas-sens reliġjuż, u dan huwa l-akbar sfida għall-Knisja llum.

Papa Benedittu XVI, 27 ta’ Jannar 2012.

Ara aktar dettalji …>

____________________________________________________________________________________________________________

Il-Knisja u l-2012.

Waqt li bosta huma mitlufa f’qari u previżjonijiet appokalittiċi dwar tmiem id-dinja, għall-Knisja Kattolika wkoll, is-sena 2012 hija waħda importanti u bi ġrajjiet li ma nistgħux inħalluhom għaddejja, lanqas f’pajjiżna.

  • Tgħid illum intlifna fit-tempju?
  • Wasal il-waqt li nilqgħu l-isfida u noħorġu ‘l barra mill-knejjes, mis-sagristiji u mill-għaqdiet biex naqdfu ‘l barra fil-fond?
  • Jista’ jkun li l-wirt tal-Konċilju ma skoprejniehx għaliex it-testment li ħalla għadna ma ftaħniehx?
  • L-Evanġelizzazzjoni Ġdida saret biss clichè ?
  • Tgħid is-Sena tal-Fidi, għad tibqa’ għaddejja minn fuq rasna bla ma nintebħu biha?

Aqra l-artiklu u iktbilna l-kummenti u s-suġġerimenti tiegħek.  Napprezzawhom.

Ikklikkja hawn…>

____________________________________________________________________________________________________________

Wasal il-waqt li l-Knisja f’Malta jkollha d-Djakni Permanenti?

Mill-Konċilju Vatikan II, għaddew 47 sena u mis-Sinodu Djoċesan għaddew 8 snin, imma sallum il-Konferenza Episkopali Maltija għadha ma ħassitx il-bżonn li terġa’ tistitwixxi dan il-ministeru bħala wieħed permanenti. Madankollu matul dawn l-aħħar xhur saru diskussjonijiet dwar dan is-suġġett f’uħud mill-organi djoċesana tal-Knisja f’pajjiżna. Inti  x’taħseb? Wasal il-waqt li f’Malta wkoll jkollna d-djakni permanenti?

Iktbilna… >

____________________________________________________________________________________________________________

Komunitajiet żgħar mill-bażi tal-parroċċa.

Komunitajiet żgħar li jkunu parti mill-parroċċa … huma jinbnew bejniethom fuq il-Kelma ta’ Alla u talb, u jmorru jistiednu persuni oħra mill-istess territorju biex jissieħbu magħhom f’ din l-esperjenza nisranija.  Proposta tal-Papa Ġwanni Pawlu II u tal-Arċisqof Pawlu Cremona … >

_______________________________________________________________________________________

Kwalitajiet u Karatteristiċi  tal-Evanġelizzazzjoni Ġdida.

F’pajjiżna qiegħed dejjem jikber u jinħass aktar il-bżonn ta’ ħidma pastorali serja li tindirizza b’mod ġdid il-ħtiġijiet ta’ kultura, tradizzjonalment nisranija, imma li tant hija ‘l bogħod milli tifhem u tħaddan bis-serjetà l-messaġġ tal-evanġelju. U dan minkejja li certi attivitajiet jew ċelebrazzjonijiet, hekk immsejħa “reliġjużi” bħal donnhom kibru u żdiedu.
Għalhekk biex din l-evanġelizzazzjoni ġdida titwettaq sewwa u b’mod li tħalli l-frott, ikun tajjeb li niflu sewwa dawk il-kwalitajiet, li skont l-istess Papa Ġwanni Pawlu II, hija għandu jkollha. …>

____________________________________________________________________________________________________________

Il-Kelb fis-Saqaf tal-Katidral – Minn Joseph Galea

Ħu kollu ħtija ta’ kelb li ma nkunx attent għal-liturġija li tkun għaddejja fil-katidral ta’ San Ġwann. Ili ħafna naraħ dan il-kelb, dejjem żvelt għalkemm qiegħed f’pittura mal-ħajt fil-għoli, minn Mattia Preti, u restawrat maż-żmien bħall-bqija tas-saqaf. Tarah fuq ix-xellug, fl-ewwel arkata min-naħa tat-titular. …>

____________________________________________________________________________________________________________

Il-President tal-Kunsill Pontifiċju dwar organiżmu ġdid għall-Evanġelizzazzjoni Ġdida.

“Flimkien mal-isqfijiet kollha se nfittxu nqanqlu organiżmu ġdid li jkun jista’ jaħdem għall-evanġelizzazzjoni ġdida. Kif jeżisti wieħed għall-katekeżi, ieħor għall-karità, l-istess għandu jsir wieħed għall-evanġelizzazzjoni ġdida.” 

Dan qalu l-Arċisqof Rino Fisichella, President tal-Kunsill Pontifiċju għall-promozjoni  tal-evanġelizzazzjoni ġdida, f’intervista li ta lill-aġenzija tal-aħbarijiet kattoliċi, Zenit. … >

____________________________________________________________________________________________________________

Il-Papa Benedittu liż-Żgħażagħ f’Madrid – Jum Dinji taż-Żgħażagħ 2011

Ħafna li  jagħmlu lilhom infushom allat …>

Il-Fidi ma tmurx kontra l-ideali għolja tagħkom …>

Is-soċjetà tagħna għandha bżonnkom …>

Kunu żguri li ma tgħaddux min-naħa l-oħra quddiem it-tbatija …>

Grazzi kbira għall-merħba tal-għaġeb li tajtuni …>

Ġejt niltaqa’ ma’ eluf ta’ żgħażagħ minn madwar id-dinja …>

Merħba mill-Kardinal Rylko waqt il-quddiesa tal-ftuħ …>

____________________________________________________________________________________________________________

L-Evanġelizzazzjoni Ġdida, Ċanfira?

Bi tħejjia  għas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar l-Evanġeliżazzjoni Ġdida, is-Segretarjat  tas-Sinodu pprovdilna xi mistoqsijiet bil-għan li dawn jiġġeneraw diskussjoni  f’kull livell tal-Knisja. Uħud minn dawn id-domandi jistgħu mhux biss jgħinnuna  niddiskutu, imma forsi wkoll jistgħu jkunu ta’ ċanfira.

_________________________________________________________________________________________________________

Il-Pjan il-Pastorali il-ġdid bdejna naħdmu fuqu?

Pjan pastorali mfassal tajjeb mhuwiex kalendarju jew lista ta’ attivitajiet li jkunu se jsiru matul is-sena. Din faċli wieħed jagħmilha għax aktarx bosta drabi hija l-istess lista ta’ attivitajiet li saru fis-snin li għaddew għal dawn l-aħħar ma nafx kemm-il sena.  Iżda l-pjan tal-parroċċa għandu jkun ir-risposta tal-komunità nisranija f’kull belt jew raħal ta’ pajjiżna, għall-bżonnijiet pastorali u ċ-ċirkustanzi partikolari f’dik il-lokalità. …>

____________________________________________________________________________________________________________

Uħud mill-ewwel katekisti lajċi ta’ żmien San Ġorġ PrecaFil-Katekeżi  għat-Tfal se nibqgħu kif konna?

Wasal iż-żmien li l-Knisja tinvesti bis-sħiħ fil-formazzjoni tajba tat-tfal, u dan kemm f’riżorsi umani kif ukoll riżorsi pastorali moderni oħra. Irid ikollna edukaturi professjonali mgħammra b’mezzi moderni u b’ħafna ħeġġa. Ma nistgħux nibqgħu kuntenti li r-rota għadha qed iddur. Jista’ jkun li l-magna waqfet jew waslet biex tieqaf u li llum għadna mexjin biss minħabba r-rankatura li ksibna bosta  snin ilu. … >

____________________________________________________________________________________________________________

Iċ-Ċensiment tal-Quddies, hemm bżonnu?

Iċ-ċensiment tal-quddies huwa aktar minn sempliċi headcount u mir-riżultat tiegħu l-Knisja tista’ tfassal aħjar il-ħidma pastorali tagħha. Iżda fiċ-ċirkustanzi f’pajjiżna llum, l-aktar wara r-referendum dwar id-divorzju, ikun hemm min jistaqsi jekk hemmx xi  strateġija pastorali li tista’ titfassal mill-Knisja f’Malta u li ma tkunx possibli jekk iċ-ċensiment nibqgħu ma nagħmluhx. …>

____________________________________________________________________________________________________________

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 32 other followers